EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0221

Kawża T-221/10: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Mejju 2010 — Iberdrola vs Il-Kummissjoni

ĠU C 179, 3.7.2010, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/55


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2010 — Iberdrola vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-221/10)

(2010/C 179/94)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Iberdrola, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado, M. Núñez Müller u J. Domínguez Pérez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkonċernata minn dan ir-rikors hija l-istess waħda bħal dik ikkontestata fil-Kawża T-219/10 Autogrill España vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali jixbhu l-motivi u l-argumenti prinċipali invokati fil-kuntest tal-imsemmija kawża. B’mod partikolari r-rikorrenti ssostni li:

il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-miżura prevista fl-Artikolu 12(5) tat-TRLIS tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern. Fil-fatt, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-effetti pożittivi li jirriżultaw mill-miżura inkwistjoni, u injorat l-effett benefiku ta’ din il-miżura fir-rigward tal-ilħuq ta’ għanijiet oħra mfittxija minn artikoli oħra tat-Trattat;

il-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi legittimi u ta’ trattament ugwali billi injorat il-linji gwida ffissati fil-komunikazzjoni fuq it-tassazzjoni diretta u l-prassi amministrattiva adottata skont din il-komunikazzjoni;

il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, li jimponi fuqha l-obbligu li teżamina b’mod diliġenti, fil-fond u imparzjali l-elementi rilevanti kollha tal-każ, billi ma komplietx il-proċedura (kif għamlet fil-każ tal-akkwisti extra-Komunitarji) sabiex turi l-allegata selettività tal-miżura u tivverifika, qabel ma tiddeċiedi, il-portata eżatta tal-ostakoli prattiċi tal-amalgamazzjoni kummerċjali intra-Komunitarja.

Il-Kummissjoni kisret l-obligu tagħha li tosserva s-sistema tat-Trattat u li tiggarantixxi l-applikazzjoni koerenti tar-regoli dwar l-investigazzjoni tal-għajnuna mill-Istat u tar-regoli dwar prinċipji u libertajiet oħra stabbiliti fit-Trattat, bħall-moviment liberu tal-kapital u l-ħolqien tas-suq intern;

Id-deċiżjoni kkontestata mhijiex suffiċjentement motivata fir-rigward ta’ diversi aspetti importanti tal-evalwazzjoni li l-Kummissjoni għamlet tas-selettività tal-miżura u l-effetti tagħha fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.


Top