EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0588

Kawża T-588/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Diċembru 2012 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni ( “FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — Infiq eskluż mill-finanzjament — Raba’ li jinħadem — Żbib — Tabakk mhux ipproċessat — Miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli favur il-gżejjer minuri tal-Baħar Eġew — Laħam tan-ngħaġ u tal-mogħoż — Kundizzjonalità — Proporzjonalità” )

ĠU C 38, 9.2.2013, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2012 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-588/10) (1)

(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament - Raba’ li jinħadem - Żbib - Tabakk mhux ipproċessat - Miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli favur il-gżejjer minuri tal-Baħar Eġew - Laħam tan-ngħaġ u tal-mogħoż - Kundizzjonalità - Proporzjonalità)

2013/C 38/30

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias, E. Leftheriotou u X. Basakou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, H. Tserepa-Lacombe u A. Markoulli, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/668/UE, tal-4 ta’ Novembru 2010, li teskludi minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), taqsima “Garanzija”, tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 228, p. 24), inkwantu din id-deċiżjoni teskludi ċerti spejjeż magħmula mir-Repubblika tal-Ellenika.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 89, 19.03.2011.


Top