Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0268

    Kawża T-268/10 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – PPG u SNF vs ECHA (“REACH — Identifikazzjoni tal-akrilammid bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna — Sustanzi intermedji — Rikors għal annullament — Interess dirett — Ammissibbiltà — Proporzjonalità — Ugwaljanza fit-trattament”)

    ĠU C 389, 23.11.2015, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 389/24


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – PPG u SNF vs ECHA

    (Kawża T-268/10 RENV) (1)

    ((“REACH - Identifikazzjoni tal-akrilammid bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna - Sustanzi intermedji - Rikors għal annullament - Interess dirett - Ammissibbiltà - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament”))

    (2015/C 389/24)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Polyelectrolyte Producers Group GEIE (PPG) (Brussell, il-Belġju) u SNF SAS (Andrézieux-Bouthéon, Franza) (rappreżentant: R. Cana, D. Abrahams u E. Mullier, avukati)

    Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u T. Zbihlej, aġenti, assistiti minn de J. Stuyck u A. M. Vandromme, avukati)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: B. Koopman, aġent); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Kukovec, E. Manhaeve et K. Talabér-Ritz, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ECHA li tidentifika l-akrilammid (KE Nru 201-173-7) bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji previsti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1), skont l-Artikolu 59 ta’ dan ir-regolament.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Polyelectrolyte Producers Group GEIE (PPG) u SNF SAS huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).

    3)

    Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 274, 9.10.2010.


    Top