Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0244

    Kawża T-244/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Mejju 2012 — Tsakíris-Mállas vs UASI — Seven (7 Seven Fashion Shoes) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva 7 Seven Fashion Shoes — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Seven u 7seven — Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbilta’ ta’ konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

    ĠU C 184, 23.6.2012, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 184/10


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Mejju 2012 — Tsakíris-Mállas vs UASI — Seven (7 Seven Fashion Shoes)

    (Kawża T-244/10) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva 7 Seven Fashion Shoes - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Seven u 7seven - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbilta’ ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2012/C 184/16

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Tsakíris-Mállas A.E. (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Simantíras, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Seven SpA (Leinì, l-Italja) (rappreżentant: D. Sindico, avukat)

    Suġġett

    Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Marzu 2010 (R 1045/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Seven SpA u Tsakiris-Mallas AE.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Tsakiris-Mallas AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 221, 14.08.2010.


    Top