EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0062

Kawża F-62/10: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Lulju 2010 — Esders vs Il-Kummissjoni

ĠU C 260, 25.9.2010, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/28


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2010 — Esders vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-62/10)

()

2010/C 260/40

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jürgen Esders (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Rodriguez, M. Vandenbussche u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tittrasferixxi lir-rikorrent għas-sede fi Brussell fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ rotazzjoni 2010.

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-27 ta’ Lulju 2010, li tittrasferixxi lir-rikorrent għal Brussell mill-1 ta’ Settembru 2010;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


Top