This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010FN0058
Case F-58/10: Action brought on 16 July 2010 — Allgeier v FRA
Kawża F-58/10: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Lulju 2010 — Allgeier vs FRA
Kawża F-58/10: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Lulju 2010 — Allgeier vs FRA
ĠU C 260, 25.9.2010, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/27 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2010 — Allgeier vs FRA
(Kawża F-58/10)
()
2010/C 260/37
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Timo Allgeier (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenuta: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali
Suġġett
L-ewwel nett, l-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tilqax l-ilment dwar fastidju mressaq mir-rikorrent. It-tieni nett, rikonoxximent li r-rikorrent kien vittma ta’ fastidju min-naħa tas-superjuri tiegħu u, kumpens għal dannu materjali u morali subit.
Talbiet tar-rikorrent
— |
l-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali, tas-16 ta’ Ottubru 2009, li tiċħad l-ilmenti tar-rikorrenti inkwantu ma tirrikonoxxix li huwa kien vittma ta’ fastidju min-naħa ta’ M u ta’ A u, jekk neċessarju, l-annullament tad-deċiżjoni tas-6 ta’ April 2010 li tiċħad l-ilment; |
— |
ir-rikonoxximent li huwa kien vittma ta’ fastidju min-naħa ta’ M u ta’ A u l-konsegwenzi dixxiplinari neċessarji; jew, sussidjarjament, (i) il-ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva ġdida, xierqa, indipendenti u imparzjali bil-ħolqien ta’ bord ta’ esperti għat-twettiq tal-investigazzjoni amministrattiva u (ii) l-adozzjoni tal-miżuri neċessarji kollha sabiex ikun hemm investigazzjoni xierqa mingħajr ebda pressjoni jew inteferenzi; |
— |
il-kumpens tal-fastidju psikoloġiku subit mir-rikorrent, li huwa provviżorjament ikkalkolat għal EUR 71 823,23; |
— |
l-għoti ta’ EUR 85 000 bħala kumpens għal fastidju psikoloġiku li jirriżulta mill-mod kif twettqet il-proċedura kollha u kif ittieħdet id-deċiżjoni; |
— |
li FRA tiġi kkundannata għall-ispejjeż. |