EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FA0043

Kawża F-43/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat- 12 ta’ Diċembru 2012 — Cerafogli vs BĊE (Servizz pubbliku — Persunal tal-BĊE — Ilment dwar fastidju psikoloġiku — Inkjesta amministrattiva — Aċċess għall-fajl tal-inkjesta — Rapport dwar l-inkjesta — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

ĠU C 38, 9.2.2013, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/29


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012 — Cerafogli vs BĊE

(Kawża F-43/10) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Ilment dwar fastidju psikoloġiku - Inkjesta amministrattiva - Aċċess għall-fajl tal-inkjesta - Rapport dwar l-inkjesta - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

2013/C 38/54

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Concetta Cerafogli (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: P. Embley u F. Feyerbacher, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tiċħad l-ilmenti tar-rikorrenti minħabba diskriminazzjoni u preġudizzju għad-dinjità tagħha minħabba l-aġir tal-amministraturi tagħha kif ukoll talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

C. Cerafogli għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż tal-Bank Ċentrali Ewropew.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010, p. 56.


Top