Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0452

    Kawża C-452/10 P: Appell ippreżentat fis- 16 ta’ Settembru 2010 mill-BNP Paribas u mill-Banca Nazionale del Lavoro SpA (BNL) mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl- 1 ta’ Lulju 2010 fil-Kawża T-335/08, BNP Paribas u BNL vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 317, 20.11.2010, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 317/22


    Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2010 mill-BNP Paribas u mill-Banca Nazionale del Lavoro SpA (BNL) mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-1 ta’ Lulju 2010 fil-Kawża T-335/08, BNP Paribas u BNL vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-452/10 P)

    ()

    2010/C 317/39

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellanti: BNP Paribas, Banca Nazionale del Lavoro SpA (BNL) (rappreżentanti: R. Silvestri, G. Escalar u M. Todino, avukati)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tal-appellanti

    L-appellanti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja:

    tannulla b’mod sħiħ is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Il-Ħames Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 fil-Kawża T-335/08, BNP Paribas u Banca Nazionale del Lavoro vs Il-Kummissjoni, notifikata permezz ta’ telefaks fl-1 ta’ Lulju 2010 (ĠU C 221 tal-14 ta’ Awwissu 2010, p. 39) u bħala effett

    (i)

    tilqa’ t-talbiet ifformulati fir-rikors promotur fl-ewwel istanza intiż għall-annullament b’mod sħiħ tad-Deċiżjoni 2008/711/KE, li ħarġet mill-Kummissjoni fil-11 ta’ Marzu 2008, Nru C(2008) 869 finali, dwar l-għajnuna mill-Istat C 15/07 (ex NN 20/07) li implementat l-Italja, “dwar inċentivi fiskali favur ir-ristrutturazzjoni ta’ ċerti istituzzjonijiet ta’ kreditu” (ĠU L 237, p. 70), jew

    (ii)

    sussidjarjament tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja

    tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    (1)

    Il-Qorti Ġenerali ma stħarrġitx b’mod profond id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, billi ma vverifikatx jekk l-għażla tal-Kummissjoni li ma tieħux inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tal-entitajiet trasferenti sabiex tiġi ddeterminata n-natura selettiva tal-iskema ċċensurata kinitx leġittima;

    (2)

    Il-Qorti Ġenerali żnaturat il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li taċċetta li tiġi ġġustifikata l-ispeċifiċità ta’ miżura fiskali fid-dawl tal-loġika tas-sistema ta’ taxxa ġenerali, meta ħadet bħala parametri, għall-evalwazzjoni tagħha stess, il-koordinati ssuġġeriti mill-Kummissjoni fil-deċiżjoni tagħha;

    (3)

    Il-Qorti Ġenerali żnaturat il-ġurisprudenza dwar ir-rekwiżit tas-selettività ta’ għajnuna mill-Istat, li skontha s-selettività ta’ miżura fiskali għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-effetti li din tista’ tikkawża mill-aspett tat-tassazzjoni biss.

    (4)

    Il-Qorti Ġenerali wettqet żnaturament tal-fatti, meta ddeċidiet b’mod żbaljat li l-iskema ta’ riallinjament ġenerali ma tippermettix lill-impriżi li jagħmlu riallinjament tal-ispiża fiskali tal-assi relatati mal-impriżi li jirċevu skont l-ogħla valuri mniżżla fil-bilanċ;

    (5)

    Fl-aħħarnett, il-Qorti Ġenerali inġustament issotitwixxiet ruħha minflok il-Kummissjoni, billi għamlet ex novo motivazzjonijiet insostenn tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni.


    Top