EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0443

Kawża C-443/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal administratif de Limoges (Franza) fl- 14 ta’ Settembru 2010 — Philippe Bonnarde vs Agence de Services et de Paiement

ĠU C 317, 20.11.2010, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal administratif de Limoges (Franza) fl-14 ta’ Settembru 2010 — Philippe Bonnarde vs Agence de Services et de Paiement

(Kawża C-443/10)

()

2010/C 317/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Limoges

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Philippe Bonnarde

Konvenuta: Agence de Services et de Paiement

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet legali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari dawk tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea intiżi sabiex jiżguraw il-moviment liberu, kif ukoll dawk tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE, tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (1), emendata bid-Direttiva 2003/127/KE (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi, għar-reġistrazzjoni tal-vetturi, dokument partikolari, bħal ċertifikat ta’ reġistrazzjoni li fuqu għandhom jidhru l-kliem “vetturi għal wiri”, li jista’ jitqies li ma għandux bħala għan reġistrazzjoni temporanja fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 1999/37/KE u, konsegwentement, bħala ostakolu sabiex il-benefiċċju ta’ vantaġġ ikun jista’ jintrabat mal-preżentazzjoni ta’ tali dokument?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda preċedenti, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimplikaw li l-applikazzjoni, fil-każ ta’ l-akkwist ta’ vettura fi Stat Membru ieħor, ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna għall-akkwist ta’ vetturi nodfa li diġà jkunu ġew irreġistrati għall-kundizzjoni li ċ-ċertifikat ta’ din ir-reġistrazzjoni jkun fih, abbażi tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru, il-kliem “vetturi għal wiri”, għandha tiġi injorata meta l-bejjiegħ tal-vettura ma setax, huwa nnifsu, jibbenefika minn din l-għajnuna u:

meta min jakkwista l-vettura jipproduċi ċertifikat ta’ reġistrazzjoni maħruġ fi Stat Membru ieħor u speċifiku għal vetturi intiżi għall-wiri; jew

meta l-vettura jkollha l-karatteristiċi, fir-rigward b’mod partikolari tad-data tal-ewwel darba li tqiegħdet fis-suq, meħtieġa mil-liġi nazzjonali sabiex tikkwalifika bħala vettura għal wiri?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 7, Vol. 4, p. 351.

(2)  Direttiva tal-Kummissjoni 2003/127/KE tat-23 ta’ Diċembru li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għal vetturi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 7, Vol. 7. p. 710).


Top