This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0430
Case C-430/10: Reference for a preliminary ruling from the Administrativen sad Sofia-grad (Bulgaria) lodged on 2 September 2010 — Hristo Gaydarov v Direktor na Glavna direktsia ‘Ohranitelna politsia’ pri Ministerstvo na vatreshnite raboti
Kawża C-430/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen Sad Sofia (il-Bulgarija) fit- 2 ta’ Settembru 2010 — Hristo Gaydarov vs Director na Glavna direktsia “Ohranitelna politsia” pri Ministerstvo na vatreshnite raboti
Kawża C-430/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen Sad Sofia (il-Bulgarija) fit- 2 ta’ Settembru 2010 — Hristo Gaydarov vs Director na Glavna direktsia “Ohranitelna politsia” pri Ministerstvo na vatreshnite raboti
ĠU C 301, 6.11.2010, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 301/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen Sad Sofia (il-Bulgarija) fit-2 ta’ Settembru 2010 — Hristo Gaydarov vs Director na Glavna direktsia “Ohranitelna politsia” pri Ministerstvo na vatreshnite raboti
(Kawża C-430/10)
()
2010/C 301/21
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen Sad Sofia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hristo Gaydarov
Konvenuti: Director na Glavna direktsia “Ohranitelna politsia” pri Ministerstvo na vatreshnite raboti
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 27(1) u (2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, japplika fil-każ fejn ċittadin ta’ Stat Membru ġie pprojbit milli jitlaq mit-territorju tal-Istat tiegħu peress li wettaq fi Stat terz reat kriminali li jinvolvi d-droga, sa fejn huma sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(2) |
Fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, fid-dawl tar-restrizzjonijiet u tal-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-libertà tal-moviment ta’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea u tal-miżuri adottati għall-finijiet ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni, inkluż l-Artikolu 71(1), (2) u (5) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen moqri flimkien premessi 5 u 20 fil-preambolu tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tippermetti Stat Membru jimponi miżura amministrattiva obbligatorja ta’ “projbizzjoni ta’ tluq mit-territorju” fir-rigward ta’ wieħed miċ-ċittadini tiegħu li wettaq reat kriminali li jikkonċerna d-droga fil-każ li dan iċ-ċittadin instab ħati għal dan ir-reat minn qorti ta’ pajjiż terz? |
(3) |
Fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, ir-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-libertà tal-moviment ta’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea u l-miżuri adottati għall-applikazzjoni konformi tagħhom mad-dritt tal-Unjoni, inkluż l-Artikolu 71(1), (2) u (5) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, il-fatt li ċittadin ta’ Stat Membru jinstab ħati minn qorti ta’ pajjiż terz għall-atti relatati mad-droga, ikklassifikati bħala reat kriminali serju f’dan l-Istat Membru, huwa suffiċjenti, minħabba prevenzjoni ġenerali u speċjali, inkluż li tiġi żgurata protezzjoni aħjar tas-saħħa ta’ terzi permezz tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, li l-aġir personali ta’ dan iċ-ċittadin huwa theddida reali, attwali u suffiċjentement serja li taffettwa l-interessi fundamentali tas-soċjetà matul terminu stabbilit bil-liġi, li ma huwiex marbut mat-tul tal-piena imposta, iżda li jidħol fil-kamp tal-perijodu ta’ riabilitazzjoni? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kaptiolu 5, Vol. 5
(2) ĠU L 105, p. 1