EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0402

Kawża C-402/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis- 6 ta’ Awwissu 2010 — Société Groupe Limagrain Holding vs FranceAgriMer

ĠU C 288, 23.10.2010, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-6 ta’ Awwissu 2010 — Société Groupe Limagrain Holding vs FranceAgriMer

(Kawża C-402/10)

()

(2010/C 288/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Groupe Limagrain Holding

Konvenuta: FranceAgriMer

Domandi preliminari

(1)

In-nuqqas ta’ żamma, bi ksur tal-obbligi li għandu d-depożitarju taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja Doganali, ta’ kotba tan-negozju rigward prodotti jew merkanzija mqiegħda f’sistema ta’ maħżen doganali huwa suffiċjenti sabiex l-esportatur li jkun qiegħed il-prodotti tiegħu jew il-merkanzija tiegħu f’dan il-maħżen jiġi mċaħħad mill-benefiċċju ta’ prefinanzjament previst taħt id-dispożizzjonijiet magħquda tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987 (1), dwar is-sistema ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni u (KEE) Nru 565/80, tal-4 ta’ Marzu 1980, dwar il-ħlas bil-quddiem ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli (2)?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, liema huma l-konsegwenzi li jistgħu jinsiltu fir-rigward tas-somom riċevuti mill-benefiċjarju?

B’mod partikolari:

(a)

fil-każ li jkun stabbilit li l-merkanzija ġiet esportata realment, l-ammont ta’ rifużjonijiet relatati ma’ dawn l-esportazzjonijiet jista’ jitqies bħala li ġie akkwistat, totalment jew parzjalment, mill-esportatur? F’dan l-aħħar każ, għandha tinżamm ir-rata ta’ rifużjoni kif ġiet iffissat bil-quddiem b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar ħlas bil-quddiem ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni jew ir-rata applikabbli fid-data tal-esportazzjoni effettiva, fil-limitu jew le tar-rata ffissata bil-quddiem?

(b)

fil-każ ta’ obbligu ta’ ħlas mill-ġdid totali jew parzjali tas-somon riċevuti, hemm lok li jiżdied, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (KEE) Nru 665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987 dwar is-sistema ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni, l-ammont mhux dovut sabiex titħallas mill-ġdid il-penali pprovduta taħt dawn id-dispożizzjonijiet, għalkemm ir-responsabbiltà għaż-żamma ta’ kotba tan-negozji hija tad-depożitarju, fil-każ li, bħal f’dan il-każ, il-maħżen tad-dazju huwa maħżen privat tat-tip Ċ miżmum mill-esportatur tal-merkanzija agrikola nnifsu?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/1987, tas-27 ta’ Novembru 1987, fuq regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni rigward prodotti agrikoli (ĠU L 351, p. 1)

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 4, p. 156.


Top