Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0393

    Kawża C-393/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fl- 4 ta’ Awissu 2010 — Dermod Patrick O’Brien vs Ministry of Justice (li kien id-Department for Constitutional Affairs)

    ĠU C 274, 9.10.2010, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 274/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fl-4 ta’ Awissu 2010 — Dermod Patrick O’Brien vs Ministry of Justice (li kien id-Department for Constitutional Affairs)

    (Kawża C-393/10)

    ()

    2010/C 274/25

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Supreme Court of the United Kingdom

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Dermod Patrick O’Brien

    Konvenut: Ministry of Justice (li kien id-Department for Constitutional Affairs)

    Domandi preliminari

    (1)

    Hija l-liġi nazzjonali li għandha tiddetermina jekk imħallfin, b’mod ġenerali, humiex jew le “ħaddiema li għandhom kuntratt jew relazzjoni tal-impjieg” fis-sens tal-klawsola 2.1 tal-ftehim qafas, jew teżisti regola Komunitarja li taħtha għandha tiġi deċiża din il-kwistjoni?

    (2)

    Jekk l-imħallfin, b’mod ġenerali, huma ħaddiema li għandhom kuntratt jew relazzjoni tal-impjieg fis-sens tal-klawsola 2.1 tal-ftehim qafas, il-liġi nazzjonali tista’ tiddistingwi (a) bejn imħallfin full-time u imħallfin part-time, jew (b) bejn imħallfin part-time taħt sistemi differenti għad-definizzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni?


    Top