This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0390
Case C-390/10: Action brought on 3 August 2010 — European Commission v Grand Duchy of Luxembourg
Kawża C-390/10: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Kawża C-390/10: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
ĠU C 274, 9.10.2010, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/16 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-390/10)
()
2010/C 274/23
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u L. de Schietere de Lophem, aġenti)
Konvenuta: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet
— |
Tikkonstata li billi ma addottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva; |
— |
tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/36/KE skada fit-3 ta’ Awwissu 2009. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax l-miżuri kollha neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva jew, fi kwalunkwe każ, ma kienx innotifikahom lill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 184, p. 17.