EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0378
Case C-378/10: Reference for a preliminary ruling from the Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága (Hungary) lodged on 28 July 2010 — VALE Építési Kft.
Kawża C-378/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Legfelsőbb Bírósága (Magyar Köztársaság) fit- 28 ta’ Lulju 2010 — VALE Építési Kft. cégbejegyzési ügye
Kawża C-378/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Legfelsőbb Bírósága (Magyar Köztársaság) fit- 28 ta’ Lulju 2010 — VALE Építési Kft. cégbejegyzési ügye
ĠU C 317, 20.11.2010, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 317/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Legfelsőbb Bírósága (Magyar Köztársaság) fit-28 ta’ Lulju 2010 — VALE Építési Kft. cégbejegyzési ügye
(Kawża C-378/10)
()
2010/C 317/25
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: VALE Építési Kft.
Domandi preliminari
(1) |
L-Istat Membru ospitanti għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-Artikoli 43 KE u 48 KE meta kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor (l-Istat ta’ oriġini) titrasferixxi s-sede tagħha hemmhekk, filwaqt li kienet ġiet imħassra — għal din ir-raġuni — mir-reġistru tal-kumpanniji tal-Istat Membru ta’ oriġini, meta l-azzjonisti tal-kumpannija japprovaw l-att kostituttiv il-ġdid redatt skont id-dritt tal-Istat ospitanti u meta l-kumpannija titlob ir-reġistrazzjoni tagħha fir-reġistru tal-kumpanniji tal-Istat Membru ospitanti skont id-dritt tiegħu? |
(2) |
Jekk l-ewwel domanda kellha tiġi risposta fl-affermattiv, l-Artikoli 43 KE u 48 KE għandhom ikunu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni jew prassi ta’ Stat Membru (ospitanti) li tiċħad lil kumpannija regolament stabbilita skont id-dritt ta’ Stat Membru ieħor (ta’ oriġini) id-dritt li tittrasferixxi s-sede tagħha fl-Istat ospitanti u li hemmhekk tkompli l-attività tagħha skont id-dritt ta’ dan l-Istat? |
(3) |
Huwa importanti, sabiex tingħata risposta għat-tieni domanda, li tittieħed inkunsiderazzjoni r-raġuni li għaliha l-Istat Membru ospitanti jiċħad lill-kumpannija li tagħmel l-applikazzjoni, ir-reġistrazzjoni fir-reġistru, u iktar partikolarment
|
(4) |
L-Istat Membru ospitanti jista’ jeżamina applikazzjoni għal reġistrazzjoni introdotta f’dan l-Istat minn kumpannija li twettaq tibdil internazzjonali intra-Komunitarju billi japplika r-regoli tad-dritt nazzjonali tiegħu dwar it-tibdil tal-kumpanniji fuq livell nazzjonali, jiġifieri billi jeħtieġ mill-kumpannija li hija tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li d-dritt nazzjonali tiegħu jimponi f’każ ta’ tibdil nazzjonali (pereżempju, il-preparazzjoni ta’ karta tal-bilanċ u ta’ inventarju tal-attivi) jew l-Artikoli 43 KE u 48 KE jobbligaw lil dan l-Istat jagħmel distinzjoni bejn tibdil internazzjonali intra-Komunitarju u tibdil fuq livell nazzjonali u, jekk dan huwa l-każ, sa fejn? |