Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0211

Kawża C-211/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit- 3 ta’ Mejju 2010 — Doris Povse vs Mauro Alpago

ĠU C 179, 3.7.2010, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-3 ta’ Mejju 2010 — Doris Povse vs Mauro Alpago

(Kawża C-211/10)

(2010/C 179/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Doris Povse

Konvenut: Mauro Alpago

Domandi preliminari

(1)

Miżura provviżorja li tagħti l-“kustodja parentali”, b’mod partikolari d-dritt li tiġi ddeterminata r-residenza, lill-ġenitur li ħataf lil minuri, sakemm tingħata deċiżjoni finali rigward il-kustodja, għandha tiġi kkunsidrata wkoll bħala “sentenza dwar kustodja li ma tikkunsidrax […] t-talba tar-ritorn tal-minuri” fis-sens tal-Artikolu 10(b)(iv) tar-Regolament Nru 2201/2003 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Brussell II bis”) (1)?

(2)

Digriet li jordna ritorn jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 11(8) tar-Regolament Brussell II bis biss meta l-qorti tordna r-ritorn abbażi ta’ deċiżjoni ta’ kustodja mogħtija minnha stess?

(3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 1 jew 2:

3.1.

Huwa possibbli li jiġu invokati, fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, in-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-oriġini (domanda 1) jew l-inapplikabbiltà tal-Artikolu 11(8) tar-Regolament Brussell II bis (domanda 2) kontra l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li fir-rigward tagħha l-qorti tal-oriġini ħarġet ċertifikat skont l-Artikolu 42(2) tar-Regolament Brussell II bis?

3.2.

Jew, f’tali ċirkustanzi, il-konvenut għandu jitlob ir-revoka taċ-ċertifikat fl-Istat Membru ta’ oriġini abbażi tal-premessa li jista’ jkun hemm sospensjoni tal-eżekuzzjoni fl-Istat ta’ eżekuzzjoni sakemm tingħata deċiżjoni tal-Istat tal-oriġini?

(4)

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għad-domandi 1 u 2 jew għad-domanda 3.1:

Deċiżjoni li tingħata minn qorti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, li tagħti l-kustodja provviżorja lill-ġenitur li ħataf lil minuri u li titqies bħala infurzabbli skont id-dritt ta’ dan l-Istat, tipprekludi, skont l-Artikolu 47(2) tar-Regolament Brussell bis, l-eżekuzzjoni ta’ digriet li jordna r-ritorn mogħti preċedentement fl-Istat ta’ oriġini skont l-Artikolu 11(8) tal-imsemmi regolament, anki jekk ma tipprekludix l-eżekuzzjoni ta’ digriet li jordna ritorn mogħti mill-Istat ta’ eżekuzzjoni skont il-Konvenzjoni ta’ Den Haag, tal-25 ta’ Ottubru 1980, dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali tal-minuri (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Den Haag”)?

5)

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għad-domanda 4:

5.1.

L-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li fir-rigward tagħha l-qorti tal-Istat tal-oriġini ħarġet ċertifikat skont l-Artikolu 42(2) tar-Regolament Brussell II bis, tista’ tiġi rrifjutata fl-Istat ta’ eżekuzzjoni meta tpoġġi f’riskju serju l-aħjar interessi tal-minuri, minħabba li nbidlet is-sitwazzjoni minn meta ngħatat din id-deċiżjoni?

5.2.

Jew il-konvenut għandu jinvoka l-bidla tas-sitwazzjoni fl-Istat ta’ oriġini abbażi tal-premessa li jista’ jkun hemm sospensjoni tal-eżekuzzjoni fl-Istat ta’ eżekuzzjoni sakemm tingħata deċiżjoni tal-Istat tal-oriġini?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243)


Top