Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0181

    Kawża C-181/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (ir-Repubblika tal-Polonja) fid- 9 ta’ April 2010 — Emilian Kuć i Halina Jeziorska-Kuć vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

    ĠU C 179, 3.7.2010, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 179/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (ir-Repubblika tal-Polonja) fid-9 ta’ April 2010 — Emilian Kuć i Halina Jeziorska-Kuć vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

    (Kawża C-181/10)

    (2010/C 179/29)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Naczelny Sąd Administracyjny

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Emilian Kuć u Halina Jeziorska-Kuć

    Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

    Domandi preliminari

    (1)

    Għandu jiġi applikat, fir-rigward ta’ bidwi b’rata fissa fis-sens tal-Artikolu 295(1)(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), li jbigħ biċċiet ta’ art użati għall-attività agrikola tiegħu, intiżi, skont pjan ta’ żvilupp tal-komun, għall-bini għall-akkomodazzjoni u għal servizzi iżda li nxtraw bħala artijiet agrikoli (eżenti mill-VAT), l-Artikolu 16 ta’ din id-direttiva, li jipprovdi li l-applikazzjoni ta’ assi ta’ impriża għall-użu privat ta’ persuna taxxabbli jew għall-finijiet oħra għajr dawk tal-operat tagħha titqies biss bħala provvista bi ħlas meta l-assi jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis sħiħ jew parzjali mill-VAT?

    (2)

    Bidwi b’rata fissa fis-sens tal-Artikolu 295(1)(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, li jbigħ biċċiet ta’ art li jkunu preċedentement intużaw għall-attività agrikola tiegħu, intiżi, skont pjan ta’ żvilupp tal-komun, għall-bini għall-akkomodazzjoni u għal servzzi iżda li nxtraw bħala artijiet agrikoli (eżenti mill-VAT) għandu jitqies li huwa persuna suġġetta għal VAT fir-rigward ta’ dan il-bejgħ skont ir-regoli ġenerali?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


    Top