Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CB0288

    Kawża C-288/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 30 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rechtbank van Koophandel te Dendermonde — il-Belġju) — Wamo BVBA vs JBC NV, Modemakers Fashion NV ( “L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Direttiva 2005/29/KE — Prattiki kummerċjali żleali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reklami li jħabbru tnaqqis fil-prezz u dawk li jalludu għal tali tnaqqis” )

    ĠU C 252, 27.8.2011, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.8.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/9


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rechtbank van Koophandel te Dendermonde — il-Belġju) — Wamo BVBA vs JBC NV, Modemakers Fashion NV

    (Kawża C-288/10) (1)

    (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reklami li jħabbru tnaqqis fil-prezz u dawk li jalludu għal tali tnaqqis)

    2011/C 252/15

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank van Koophandel te Dendermonde

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Wamo BVBA

    Konvenuti: JBC NV, Modemakers Fashion NV

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van Koophandel te Dendermonde — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern [u] li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi reklamar ta’ tnaqqis fil-prezzijiet jew reklamar li jalludi għal tali tnaqqis matul ċerti perijodi ta’ qabel il-perijodi ta’ bejgħ bi prezzijiet imraħħsa, f’ċerti setturi partikolari

    Dispożittiv

    Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi projbizzjoni ġenerali tar-reklami li jħabbru tnaqqis fil-prezzijiet u ta’ dawk li jalludu għal tali tnaqqis matul il-perijodu li jippreċedi l-perijodu ta’ bejgħ bi prezzijiet imraħħsa, u dan sa fejn din id-dispożizzjoni jkollha għanijiet marbuta mal-protezzjoni tal-konsumaturi. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.


    (1)  ĠU C 246, 11.09.2010


    Top