Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0400

    Kawża C-400/10 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 5 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Supreme Court — l-Irlanda) — J. McB. vs L. E. ( Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali tal-minuri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Minuri li l-ġenituri tagħhom ma humiex miżżewġin — Dritt ta’ kustodja tal-missier — Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ drittijiet ta’ kustodja — Prinċipji ġenerali ta’ dritt u Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea )

    ĠU C 328, 4.12.2010, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 328/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Supreme Court — l-Irlanda) — J. McB. vs L. E.

    (Kawża C-400/10 PPU) (1)

    (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali tal-minuri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Minuri li l-ġenituri tagħhom ma humiex miżżewġin - Dritt ta’ kustodja tal-missier - Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ ‘drittijiet ta’ kustodja’ - Prinċipji ġenerali ta’ dritt u Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

    2010/C 328/15

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Supreme Court

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: J. McB.

    Konvenuta: L. E.

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Supreme Court — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243) — Minuri li l-ġenituri tiegħu ma humiex miżżewġin — Ditt ta’ kustodja tal-missier — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-missier li jikseb digriet mill-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex ikun jista’ jkollu d-dritt ta’ kustodja tal-minuri li jirrendi illegali t-tneħħija jew iż-żamma tal-minuri fil-post ta’ residenza abitwali tiegħu

    Dispożittiv

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li d-dritt ta’ Stat Membru jissuġġetta l-akkwist ta’ dritt ta’ kustodja mill-missier ta’ minuri, mhux miżżewweġ mal-omm ta’ dan tal-aħħar, għall-kisba mill-missier ta’ deċiżjoni mill-qorti nazzjonali li għandha ġurisdizzjoni li tagħtih tali dritt, li jista’ jirrendi illegali, fis-sens tal-Artikolu 2(11) ta’ dan ir-regolament, it-tneħħija tal-minuri minn ommu jew iż-żamma tiegħu.


    (1)  ĠU C 260, 25.09.2010


    Top