EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0292

Kawża C-292/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 15 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Regensburg — il-Ġermanja) — G vs Cornelius de Visser (Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Notifika pubblika tal-atti ġudizzjarji — Nuqqas ta’ domiċilju jew ta’ post ta’ residenza magħruf tal-konvenut fit-territorju ta’ Stat Membru — Ġurisdizzjoni “f’materji li għandhom x’jaqsmu ma” tort, delitt jew kważi delitt’ — Ksur tad-drittijiet tal-personalità li seta’ seħħ bil-pubblikazzjoni ta’ ritratti fuq l-internet — Post fejn il-fatt dannuż seħħ jew jista’ jseħħ)

ĠU C 133, 5.5.2012, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Regensburg — il-Ġermanja) — G vs Cornelius de Visser

(Kawża C-292/10) (1)

(Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Notifika pubblika tal-atti ġudizzjarji - Nuqqas ta’ domiċilju jew ta’ post ta’ residenza magħruf tal-konvenut fit-territorju ta’ Stat Membru - Ġurisdizzjoni “f’materji li għandhom x’jaqsmu ma” tort, delitt jew kważi delitt’ - Ksur tad-drittijiet tal-personalità li seta’ seħħ bil-pubblikazzjoni ta’ ritratti fuq l-internet - Post fejn il-fatt dannuż seħħ jew jista’ jseħħ)

2012/C 133/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Regensburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: G

Konvenut: Cornelius de Visser

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Regensburg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) TUE, flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2007, C 303, p. 1), tal-Artikoli 4(1), 5(3) u 26(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42), kif ukoll l-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-suq intern (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25 p. 399) — Leġiżlazzjon nazzjonali li tistabbilixxi, f’ċerti ċirkustanzi, in-notifika b’avviż pubbliku ta’ atti ġuridiċi lill-konvenut u tippermetti li tingħata deċiżjoni fil-kontumaċja fuq il-bażi ta’ att promotur innotifikat b’dan il-mod — Applikabbiltà tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 fin-nuqqas ta’ domiċilju jew post ta’ residenza magħruf tal-konvenut fit-territorju ta’ Stat Membru — Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni u tal-liġi applikabbli għal azzjoni mibdija minħabba ksur tad-drittijiet tal-personalità li seta’ seħħ meta ġew ippubblikati ritratti fuq sit tal-internet editjat minn persuna li d-domiċilju tagħha ma huwiex magħruf

Dispożittiv

(1)

F’ċirkustanzi bħalma huma dawk fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jostakolax l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(3) tal-istess regolament għal azzjoni għad-danni minħabba l-ġestjoni ta’ sit tal-internet kontra konvenut li huwa probabbilment ċittadin tal-Unjoni, iżda jinsab f’post mhux magħruf, jekk il-qorti adita ma jkollhiex indizji probatorji li jippermettulha tikkonkludi li dan il-konvenut huwa fil-fatt domiċiljat barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-għoti ta’ sentenza fil-kontumaċja ta’ konvenut li, minħabba l-impossibbiltà li jiġi lokalizzat, ikun ġie nnotifikat bl-att promotur permezz tal-pubblikazzjoni skont id-dritt nazzjonali, sakemm il-qorti tkun preċedentement żgurat li saru r-riċerki kollha rikjesti mill-prinċipji ta’ diliġenza u ta’ bona fide sabiex il-konvenut jinstab.

(3)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi ċ-ċertifikazzjoni, bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar fis-sens tar-Regolament Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet mhux ikkontestati ta’ sentenza fil-kontumaċja ta’ konvenut li l-indirizz tiegħu ma huwiex maghruf.

(4)

L-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), ma huwiex applikabbli f’sitwazzjoni li fiha l-post ta’ stabbiliment tal-fornitur ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni ma huwiex magħruf, peress li l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni hija suġġetta għall-identifikazzjoni tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-fornitur inkwistjoni huwa fil-fatt stabbilit.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


Top