Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0036

    Kawża C-36/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat- 30 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju ( Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttivi 96/82/KE u 2003/105/KE — Kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) — Traspożizzjoni inkorretta )

    ĠU C 317, 20.11.2010, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 317/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

    (Kawża C-36/10) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 96/82/KE u 2003/105/KE - Kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) - Traspożizzjoni inkorretta)

    2010/C 317/23

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u J.-B. Laignelot, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: T. Materne, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 410)

    Dispożittiv

    (1)

    Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-miżuri kollha sabiex jittrasponi korrettament it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2003, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

    (2)

    Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjez.


    (1)  ĠU C 80, 27.03.2010.


    Top