Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0439

    Kawża T-439/09: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Ottubru 2009 — Purvis vs Il-Parlament

    ĠU C 11, 16.1.2010, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 11/32


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2009 — Purvis vs Il-Parlament

    (Kawża T-439/09)

    2010/C 11/61

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: John Robert Purvis (Saint-Andrews, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet tar-rikorrent

    tiddikjara d-deċiżjonijiet tal-Bureau tal-Parlament tad-9 ta’ Marzu u tal-1 ta’ April 2009 illegali inkwantu dawn jemendaw is-sistema ta’ pensjoni addizzjonali u jħassru l-modi speċjali ta’ ħlas tal-pensjoni addizzjonali tal-Membri jew ex Membri tal-Parlament li aderixxew volontarjament għal din is-sistema ta’ pensjoni fakultattiva;

    tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament tas-7 ta’ Awwissu 2009 li tiċħad lir-rikorrent il-benefiċċju tal-pensjoni tiegħu, sal-limitu ta’ 25 %, fl-għamla ta’ kapital;

    tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikors sar kontra d-deċiżjoni tal-Parlament, tas-7 ta’ Awwissu 2009, meħuda għall-implementazzjoni tas-sistema ta’ pensjoni addizzjonali (volontarja) li tinsab fl-Anness VIII tar-regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew, kif emendati bid-deċiżjoni tal-Parlament tad-9 ta’ Marzu 2009, u li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jibbenefika, parzjalment (25 %) fl-għamla ta’ kapital u parzjalment fl-għamla ta’ rendita, mill-pensjoni addizzjonali tiegħu b’effett mix-xahar ta’ Awwissu 2009.

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka fil-mertu erba’ aggravji fuq il-bażi:

    tal-ksur tad-drittijiet kweżiti tar-rikorrent kif ukoll tal-prinċipju tal-aspettativi leġittimi;

    tal-ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ trattament ugwali u ta’ proporzjonalità;

    tal-ksur tal-Artikolu 29 tar-Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jipprevedu attenzjoni partikolari min-naħa tal-kwesturi u tas-segretarju ġenerali għall-interpretazzjoni u għall-applikazzjoni stretta ta’ dawn ir-regoli;

    tal-ksur tal-bona fide fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratti u fuq in-nullità ta’ klawżoli purament fakultattivi.


    Top