This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TA0527
Case T-527/09 RENV: Judgment of the General Court of 14 April 2015 — Ayadi v Commission (Referral back after setting aside — Common foreign and security policy — Restrictive measures directed against certain persons and entities associated with Usama bin Laden, the Al-Qaida network and the Taliban — Regulation (EC) No 881/2002 — Freezing of funds and economic resources of a person included on a list drawn up by a United Nations body — Inclusion of the name of that person in the list contained in Annex I to Regulation (EC) No 881/2002 — Action for annulment — Fundamental rights — Rights of defence — Right to effective judicial protection — Right to respect for property)
Kawża T-527/09 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2015 – Ayadi vs Il-Kummissjoni [“Rinviju wara annullament — Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Oussama ben Laden, in-netwerk tal-Al Qaida u t-Taliban — Regolament (KE) nruo881/2002 — Iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ persuna inkluża f’lista stabbilita minn organu tal-Ġnus Magħquda — Inklużjoni tal-isem ta’ din il-persuna fil-lista li tidher fl-anness I tar-Regolament (KE) nru 881/2002 — Rikors għal annullament — Drittijiet fundamentali — Drittijiet għad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Dritt għar-rispett tal-proprjetà”]
Kawża T-527/09 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2015 – Ayadi vs Il-Kummissjoni [“Rinviju wara annullament — Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Oussama ben Laden, in-netwerk tal-Al Qaida u t-Taliban — Regolament (KE) nruo881/2002 — Iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ persuna inkluża f’lista stabbilita minn organu tal-Ġnus Magħquda — Inklużjoni tal-isem ta’ din il-persuna fil-lista li tidher fl-anness I tar-Regolament (KE) nru 881/2002 — Rikors għal annullament — Drittijiet fundamentali — Drittijiet għad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Dritt għar-rispett tal-proprjetà”]
ĠU C 178, 1.6.2015, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 178/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2015 – Ayadi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-527/09 RENV) (1)
([“Rinviju wara annullament - Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Oussama ben Laden, in-netwerk tal-Al Qaida u t-Taliban - Regolament (KE) nruo881/2002 - Iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ persuna inkluża f’lista stabbilita minn organu tal-Ġnus Magħquda - Inklużjoni tal-isem ta’ din il-persuna fil-lista li tidher fl-anness I tar-Regolament (KE) nru 881/2002 - Rikors għal annullament - Drittijiet fundamentali - Drittijiet għad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Dritt għar-rispett tal-proprjetà”])
(2015/C 178/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Chafiq Ayadi (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: H. Miller, solicitor, P. Moser, QC, E. Grieves, barrister, u R. Graham, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Paasivirta, T. Scharf u M. Konstantinidis, aġenti)
Partijiet konvenuti in sostenn tal-parti konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, aġent, assistit inizjalment minn E. Regan u N. Travers, SC, sussegwentement minn N. Travers); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan u G. Étienne, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament (KE) nru 954/2009 tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2009, li emenda għall-mija u erbatax-il darba ir-Regolament (KE) nru 881/2002 tal-Kunsill li stitwixxa ċerti miżuri restrittivi kontra ċerti peresuni u entitajiet assoċjati ma’ Oussama ben Laden, in-netwerk Al-Qaida u it- Taliban (ĠU L 269, p. 20), safejn jikkonċerna lir-rikorrent.
Dispożittiv
1) |
Ir-Regolament (KE) nru 954/2009 tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Ottubru 2009, li jemenda ghll-mija u erbatax-il darba ir-Regolament (KE) nru 881/2002 tal-Kunsill li stitwixxa ċerti miżuri restrittivi kontra ċerti peresuni u entitajiet assoċjati ma’ Oussama ben Laden, in-netwerk Al-Qaida u it- Taliban, huwa annullat safejn dan jikkonċerna Chafiq Ayadi. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Ayadi kif ukoll dawk is-somom mħallsa mill-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-għajnuna legali. |
3) |
L-irlanda u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |