EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FA0047

Kawża F-47/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal- 4 ta’ Mejju 2010 — Fries Guggenheim vs Cedefop (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt — Artikolu 11a tar-Regolamenti tal-Persunal — Is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal — Funzjoni ta’ rapprażentanza tal-persunal — Dmir ta’ imparzjalità u ta’ indipendenza)

ĠU C 274, 9.10.2010, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/33


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Mejju 2010 — Fries Guggenheim vs Cedefop

(Kawża F-47/09) (1)

(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt - Artikolu 11a tar-Regolamenti tal-Persunal - Is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal - Funzjoni ta’ rapprażentanza tal-persunal - Dmir ta’ imparzjalità u ta’ indipendenza)

2010/C 274/50

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Éric Mathias Fries Guggenheim (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (rappreżentanti: M. Fuchs, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tas-CEDEFOP li ma jġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent inkwantu membru tal-persunal temporanju u, fin-nuqqas tar-reintegrazzjoni tiegħu, il-kundanna tal-konvenut sabiex jagħtih kumpens għad-dannu morali subit.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

E. Fries Guggenheim huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009, p. 52.


Top