Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0481

    Kawża C-481/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 30 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2006/7/KE — Kwalità tal-ilma għall-għawm — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

    ĠU C 317, 20.11.2010, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 317/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

    (Kawża C-481/09) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2006/7/KE - Kwalità tal-ilma għall-għawm - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

    2010/C 317/21

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u M. Thomannová-Körnerová, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u J. Jirkalová, aġenti)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew li jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Frar 2006, dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (ĠU L 64, p. 37).

    Dispożittiv

    (1)

    Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Frar 2006, dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

    (2)

    Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 24, 30.01.2010.


    Top