EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0450

Kawża C-450/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal- 31 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Niedersächsisches Finanzgericht — il-Ġermanja) — Ulrich Schröder vs Finanzamt Hameln (Moviment liberu tal-kapital — Tassazzjoni diretta — Tassazzjoni tad-dħul mill-kiri ta’ beni immobbli — Possibbiltà ta’ tnaqqis tar-renta mħallsa lil xi qarib fil-kuntest ta’ wirt antiċipat — Kundizzjoni li wieħed ikun kompletament taxxabbli fl-Istat Membru inkwistjoni)

ĠU C 152, 21.5.2011, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-31 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Niedersächsisches Finanzgericht — il-Ġermanja) — Ulrich Schröder vs Finanzamt Hameln

(Kawża C-450/09) (1)

(Moviment liberu tal-kapital - Tassazzjoni diretta - Tassazzjoni tad-dħul mill-kiri ta’ beni immobbli - Possibbiltà ta’ tnaqqis tar-renta mħallsa lil xi qarib fil-kuntest ta’ wirt antiċipat - Kundizzjoni li wieħed ikun kompletament taxxabbli fl-Istat Membru inkwistjoni)

2011/C 152/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Niedersächsisches Finanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ulrich Schröder

Konvenut: Finanzamt Hameln

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Nierdersächsisches Finanzgericht — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12 u 56 KE — Taxxa fuq dħul mill-kiri ta’ proprjetà immobbli — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-ħlasijiet tal-kera li saru lil ex proprjetarju ta’ dawn il-beni fil-kuntest ta’ wirt antiċipat għall-kundizzjoni li jkun kompletament taxxabbli.

Dispożittiv

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġu interpretat li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, filwaqt li tippermetti lill-persuna taxxabbli residenti li tnaqqas ir-renti, imħallsa lil xi qarib li jkun ittrasferixxa lil din il-persuna beni immobbli li jinsabu fit-territorju ta’ dan l-Istat, mid-dħul li jirriżulta mill-kiri ta’ dawn il-beni, ma tagħtix tali dritt għal tnaqqis lill-persuna taxxabbli mhux residenti, sakemm l-obbligu li jitħallsu dawn ir-renti jirriżulta mit-trasferiment ta’ tali beni.


(1)  ĠU C 37, 13.02.2010


Top