EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0133

Kawża C-133/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat- 30 ta' Settembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Fővárosi Bíróság — Ir-Repubblika tal-Ungerija) — József Uzonyi vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve (Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Skemi diretti ta’ appoġġ — Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Artikolu 143ba — Pagament separat għaz-zokkor — Għotja — Deċiżjoni tal-Istati Membri l-ġodda — Kundizzjonijiet — Kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji)

ĠU C 317, 20.11.2010, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-30 ta' Settembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Fővárosi Bíróság — Ir-Repubblika tal-Ungerija) — József Uzonyi vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

(Kawża C-133/09) (1)

(Agrikoltura - Politika Agrikola Komuni - Skemi diretti ta’ appoġġ - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Artikolu 143ba - Pagament separat għaz-zokkor - Għotja - Deċiżjoni tal-Istati Membri l-ġodda - Kundizzjonijiet - Kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji)

2010/C 317/16

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: József Uzonyi

Konvenuti: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Fővárosi Bíróság — Interpretazzjoni tal-Artikolu 143ba(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/91 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269) — Obbligu tal-Istati Membri li jagħmlu pagament separat għaz-zokkor abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva dan il-pagament unikament għall-produtturi li għandhom kuntratt ta’ provvista ta’ pitravi zokkrija konkluż direttament ma’ raffinerija taz-zokkor

Dispożittiv

L-Artikolu 143ba(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, hekk kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 319/2006, tal-20 ta’ Frar 2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi mill-benefiċċju ta’ pagament separat għaz-zokkor bidwi li ma għandux drittijiet ta’ kunsinna li jikkunsinja l-pitravi zokkrija lil produttur ta’ zokkor permezz ta’ integratur li għandu tali drittijiet, filwaqt li tali leġiżlazzjoni tagħti pagament separat lil bidwi li għandu drittijiet ta’ kunsinna li jikkunsinja l-pitravi zokkrija direttament lill-produttur ta’ zokkor, kif ukoll bidwi li ma għandux drittijiet ta’ kunsinna, li huwa membru ta’ grupp ta’ produtturi, li jikkunsinja l-pitravi zokkrija lil produttur ta’ zokkor permezz ta’ dan il-grupp, li għandhom drittijiet ta’ kunsinna.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009.


Top