Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0333

    Kawża T-333/08: Rikors ippreżentat fil-11 ta' Awwissu — Bull et vs Il- Kummissjoni

    ĠU C 285, 8.11.2008, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 285/42


    Rikors ippreżentat fil-11 ta' Awwissu — Bull et vs Il- Kummissjoni

    (Kawża T-333/08)

    (2008/C 285/79)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Bull SAS (Les Clayes-sous-Bois, Franza) Unisys Belgium SA (Brussell, il-Belġju) u Tata Consultancy Services (TCS) SA (Capellen, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: B. Lombaert u M. van der Woude, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri:

    iċ-ċaħda tal-offerta tal-Consortium B-Trust

    id-deċiżjoni li ma tagħtix il-kuntratt

    id-deċiżjoni li tagħti bidu għal proċedura negozjata;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrenti jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta tagħhom imressqa fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti li tirrigwarda l-kuntratt “DIGIT/R2/PO/2007/024 — Provvista ta' maniġġjar ta' servizzi” (ĠU 2007, S 159-197776), kif ukoll id-deċiżjoni li ma tagħtix il-kuntratt fin-nuqqas ta' offerti sodisfaċenti u li tagħti bidu għal proċedura negozjata.

    In sostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu qabel kollox li d-deċiżjoni kkontestata ma ġietx adottata billi ġew osservati r-regoli ta' għotja tal-kompetenzi fi ħdan il-Kummissjoni, billi d-deċiżjoni ttieħdet minn “Acting Head of Unit”. Ir-rikorrenti jqisu li ma ġiex stabbilit li l-awtur tal-att kien kompetenti sabiex jadotta deċiżjoni tali f'isem il-Kummissjoni.

    It-tieni nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta' motivazzjoni billi ma tatx, fid-deċiżjoni tagħha, ir-raġunijiet li għalihom hija kkunsidrat li ċerti prezzijiet tal-offerta tar-rikorrenti kienu baxxi b'mod anormali u li l-offerta ma kinitx tissodisfa d-dispożizzjonijiet legali rilevanti f'każ ta' eżekuzzjoni tal-kuntratt fi Brussell jew fil-Lussemburgu.

    Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jikkunsidraw li l-Kummissjoni kisret il-proċedura ta' verifikazzjoni tar-regolarità tal-prezzijiet, safejn i) il-Kummissjoni eskludiet l-offerta tar-rikorrenti fuq il-bażi tal-proċedura tal-prezzijiet li kienu baxxi b'mod anormali, filwaqt li l-offerta kienet finanzjarjament serja, ii) il-Kummissjoni ma kkunsidratx il-ġustifikazzjonijiet ipprovduti mir-rikorrenti u iii) id-deċiżjoni kkontestata mhijiex ibbażata fuq motivi eżatti fil-fatt.


    Top