EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TA0181
Case T-181/08: Judgment of the General Court of 19 May 2010 — Tay Za v Council (Common foreign and security policy — Restrictive measures against Myanmar — Freezing of funds — Action for annulment — Joint legal basis of Articles 60 EC and 301 EC — Obligation to state the reasons on which a decision is based — Rights of the defence — Right to effective judicial review — Right to respect for property — Proportionality)
Kawża T-181/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 19 ta’ Mejju 2010 — Tay Za vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Mjanmar — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Bażi legali tal-Artikoli 60 KE u 301 KE magħqudin — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv — Dritt għar-rispett tal-proprjetà — Proporzjonalità)
Kawża T-181/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 19 ta’ Mejju 2010 — Tay Za vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Mjanmar — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Bażi legali tal-Artikoli 60 KE u 301 KE magħqudin — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv — Dritt għar-rispett tal-proprjetà — Proporzjonalità)
ĠU C 179, 3.7.2010, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/34 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2010 — Tay Za vs Il-Kunsill
(Kawża T-181/08) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Mjanmar - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Bażi legali tal-Artikoli 60 KE u 301 KE magħqudin - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv - Dritt għar-rispett tal-proprjetà - Proporzjonalità)
(2010/C 179/58)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Pye Phyo Tay Za (Yangon, il-Mjanmar) (rappreżentanti: D. Anderson, QC, M. Lester, barrister, u G. Martin, solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u E. Finnegan, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi-Spencer, agent, sussegwentement I. Rao, agent, assistit minn D. Beard, barrister); u l-Kummissjoni Ewropeja (rappreżentanti: A. Bordes, P. Aalto u S. Boelaert, agents)
Suġġett
Talba għal annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008, tal-25 ta’ Frar 2008, li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 817/2006 (ĠU L 66, p. 1), sa fejn l-isem tar-rikorrent huwa mniżżel fil-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-korpi li għalihom japplika dan ir-regolament.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Pye Phyo Tay Za huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(3) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |