Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0363

    Kawża C-363/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstria) fis- 7 ta' Awwissu 2008 — Romana Slanina vs Unabhängiger Finanzsenat Außenstelle Wien

    ĠU C 285, 8.11.2008, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 285/22


    Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstria) fis-7 ta' Awwissu 2008 — Romana Slanina vs Unabhängiger Finanzsenat Außenstelle Wien

    (Kawża C-363/08)

    (2008/C 285/35)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgerichtshof.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Romana Slanina.

    Konvenut: Unabhängiger Finanzsenat Außenstelle Wien

    Domandi preliminari

    1)

    mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (1) (iktar 'il quddiem ir-“Regolament”) jirriżulta li l-mara ddivorzjata u mingħajr impjieg ta' raġel residenti fl-Awstrija, fejn jaħdem bħala impjegat, iżżom, fil-konfront tal-Awstrija, id-dritt tagħha li tirċevi l-allowances tal-familja (għal tifel), fil-każ fejn hija tistabbilixxi r-residenza tagħha fi Stat Membru ieħor u fejn tittrasferixxi, lejn dan l-aħħar Stat, is-sede prinċipali tal-interessi tagħha, filwaqt li tibqa ma taħdimx?

    2)

    sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda, hija rilevanti ċ-ċirkustanza li l-Awstrija, l-Istat fejn baqa' residenti u jaħdem ir-raġel iddivorzjat, tagħti lil dan ta' l-aħħar, taħt ċertu kundizzjonijiet, id-dritt li jirċevi allowances tal-familja (għat-tifel), ladarba d-dritt tal-mara ddivorzjata jkun iddekada?

    3)

    mir-Regolament jirriżulta li l-mara ddivorzjata għandha d-dritt li tirċevi l-allowances tal-familja (għat-tifel) mingħand l-Awstrija, l-Istat ta' fejn ir-raġel iddivorzjat u missier tat-tifel jirrisjedi u jaħdem, fil-każ fejn iċ-ċirkustanzi esposti fl-ewwel domanda jinbidlu minħabba l-fatt li l-mara tkun bdiet taħdem fl-Istat Membru l-ġdid?


    (1)  ĠU L 149. p. 2.


    Top