Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0292

Kawża C-292/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fit- 2 ta' Lulju 2008 — German Graphics Graphische Maschinen GmbH vs A. van der Schee, bħala likwidatriċi ta' Holland Binding BV

ĠU C 272, 25.10.2008, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fit-2 ta' Lulju 2008 — German Graphics Graphische Maschinen GmbH vs A. van der Schee, bħala likwidatriċi ta' Holland Binding BV

(Kawża C-292/08)

(2008/C 272/07)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: German Graphics Graphische Maschinen GmbH

Konvenuta: Alice van der Schee, bħala likwidatriċi ta' Holland Binding BV

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 25(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar proċedimenti ta' falliment (1) (iktar 'il quddiem ir-“Regolament dwar il-falliment”) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kliem tiegħu “basta illi dik il-Konvenzjoni [jiġifieri r-Regolament tal-Kunsill (KE) (2) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (iktar 'il quddiem ir-”Regolament Brussell I“)]tkun applikabbli” ifisser li, qabel ma jkun jista' jiġi konkluż li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Brussell I dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni huma applikabbli għal sentenzi li mhumiex fost dawk li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament dwar il-falliment, għandu l-ewwel nett jiġi eżaminat jekk, skont l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Brusselsl I, sentenzi bħal dawn jaqgħux jew le taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament?

2)

L-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Brussell I, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament dwar il-falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li mill-fatt li ass li fir-rigward tiegħu tkun tapplika riżerva tat-titlu jkun jinsab, fiż-żmien ta' meta tinfetaħ il-proċedura ta' insolvenza kontra x-xerrej, fl-Istat Membru fejn tinfetaħ il-proċedura ta' insolvenza, isegwi li talba tal-bejjiegħ ibbażata fuq dik ir-riżerva tat-titlu, bħal dik ta' German Graphics, għandha tiġi kkunsidrata bħala talba relatata mal-falliment jew l-istralċ ta' kumpannija insolventi, skont l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Brussell I, u li għaldaqstant ma taqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni?

3)

Fil-kuntest tat-tieni domanda, huwa rilevanti l-fatt li skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament dwar il-falliment, hija l-liġi tal-Istat Membru fejn tinfetaħ il-proċedura ta' falliment li għandha tiddetermina l-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar proċedimenti ta' falliment (ĠU L 160, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, p. 1).


Top