Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0395

    Kawżi magħquda C-395/08 u C-396/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 10 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte d’appello di Roma — l-Italja) — Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs Tiziana Bruno, Massimo Pettini (C-395/08), Daniela Lotti, Clara Matteucci (C-396/08) (Direttiva 97/81/KE — Ftehim Qafas dwar xogħol part-time — Trattament ugwali bejn ħaddiema part-time u ħaddiema full-time — Kalkolu tal-anzjanità meħtieġa sabiex tinkiseb pensjoni ta’ rtirar — Esklużjoni tal-perijodi mhux maħduma — Diskriminazzjoni)

    ĠU C 274, 9.10.2010, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 274/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Corte d’appello di Roma — l-Italja) — Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs Tiziana Bruno, Massimo Pettini (C-395/08), Daniela Lotti, Clara Matteucci (C-396/08)

    (Kawżi magħquda C-395/08 u C-396/08) (1)

    (Direttiva 97/81/KE - Ftehim Qafas dwar xogħol part-time - Trattament ugwali bejn ħaddiema part-time u ħaddiema full-time - Kalkolu tal-anzjanità meħtieġa sabiex tinkiseb pensjoni ta’ rtirar - Esklużjoni tal-perijodi mhux maħduma - Diskriminazzjoni)

    2010/C 274/02

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Corte d’appello di Roma

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

    Konvenuti: Tiziana Bruno, Massimo Pettini (C-395/08), Daniela Lotti, Clara Matteucci (C-396/08)

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte d’appello di Roma — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC — Anness: il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time (ĠU L 1, p. 9) — Ħaddiema part-time li jaħdmu xi xhur fis-sena u li ma jaħdmux il-kumplament tas-sena — Esklużjoni tal-perijodi mhux maħduma mill-kalkolu tal-pensjoni tal-anzjanità

    Dispożittiv

    (1)

    Fir-rigward tal-pensjonijiet ta’ rtirar, il-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar xogħol part-time anness mad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward tal-ħaddiema part-time vertikali li jalterna, teskludi l-perijodi mhux maħduma mill-kalkolu tal-anzjanità meħtieġa sabiex jinkiseb dritt għal tali pensjoni, kemm-il darba tali trattament differenti ma huwiex iġġustifikat minn raġunijiet oġġettivi.

    (2)

    Fil-każ fejn il-qorti tar-rinviju tasal għall-konklużjoni li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawżi prinċipali hija inkompatibbli mal-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar xogħol part-time anness mad-Direttiva 97/81, il-klawżoli 1 u 5(1) tal-imsemmi Ftehim Qafas għandhom jiġu interpretati fis-sens li anki dawn jipprekludu tali leġiżlazzjoni.


    (1)  ĠU C 327, 20.12.2008


    Top