This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0352
Case C-352/08: Judgment of the Court (First Chamber) of 20 May 2010 (reference for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden — Netherlands) — Modehuis A. Zwijnenburg BV v Staatssecretaris van Financiën (Approximation of laws — Directive 90/434/EEC — Common system of taxation applicable to mergers, divisions, transfers of assets and exchanges of shares concerning companies of different Member States — Article 11(1)(a) — Whether applicable to transaction tax)
Kawża C-352/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 20 ta’ Mejju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden) — Modehuis A. Zwijnenburg BV vs Staatssecretaris van Financiën (Approssimazzjoni tal-liġijiet — Direttiva 90/434/KEE — Sistema komuni ta’ tassazzjoni li tapplika għal mergers, diviżjonijiet, trasferimenti ta’ attiv u skambji ta’ ishma li jirrigwardaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti — Artikolu 11(1)(a) — Applikabbiltà għal taxxa fuq it-trasferimenti)
Kawża C-352/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 20 ta’ Mejju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden) — Modehuis A. Zwijnenburg BV vs Staatssecretaris van Financiën (Approssimazzjoni tal-liġijiet — Direttiva 90/434/KEE — Sistema komuni ta’ tassazzjoni li tapplika għal mergers, diviżjonijiet, trasferimenti ta’ attiv u skambji ta’ ishma li jirrigwardaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti — Artikolu 11(1)(a) — Applikabbiltà għal taxxa fuq it-trasferimenti)
ĠU C 179, 3.7.2010, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Mejju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden) — Modehuis A. Zwijnenburg BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-352/08) (1)
(Approssimazzjoni tal-liġijiet - Direttiva 90/434/KEE - Sistema komuni ta’ tassazzjoni li tapplika għal mergers, diviżjonijiet, trasferimenti ta’ attiv u skambji ta’ ishma li jirrigwardaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti - Artikolu 11(1)(a) - Applikabbiltà għal taxxa fuq it-trasferimenti)
(2010/C 179/06)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Modehuis A. Zwijnenburg BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet [mergers], id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 142) — Kunċett ta’ frodi jew ta’ evażjoni tat-taxxa — Operazzjoni intiża sabiex tiġi evitata taxxa nazzjonali, li mhijiex suġġetta għall-projbizzjoni ta’ tassazzjoni stabbilita mid-Direttiva
Dispożittiv
L-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet [mergers], id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trattamenti preferenzjali stabbiliti minnha ma jistgħux jiġu rrifjutati lill-persuna taxxabbli li jkollha l-intenzjoni li, permezz ta’ operazzjoni legali li tinkludi merger ta’ negozju, tevita l-impożizzjoni ta’ taxxa bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri t-taxxa fuq it-trasferimenti, peress li din it-taxxa ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.