EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0304

Kawża C-304/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 14 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV vs Plus Warenhandelsgesellschaft mbH (Direttiva 2005/29/KE — Prattiki kummerċjali żleali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixi l-prinċipju tal-prattiki kummerċjali li jissuġġettaw il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi f’logħob bi premju għall-akkwist ta’ prodott jew ta’ servizz)

ĠU C 179, 3.7.2010, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV vs Plus Warenhandelsgesellschaft mbH

(Kawża C-304/08) (1)

(Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixi l-prinċipju tal-prattiki kummerċjali li jissuġġettaw il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi f’logħob bi premju għall-akkwist ta’ prodott jew ta’ servizz)

(2010/C 179/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV

Konvenuta: Plus Warenhandelsgesellschaft mbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, p. 22) — Prattika kummerċjali li tgħaqqad il-bejgħ ta’ merkanzija ma’ logħba promozzjonali li tippermetti lill-klijent li jipparteċipa għal tlugħ tal-lottu nazzjonali meta jkun akkumula ċertu numru ta’ punti ta’ bonus miksuba max-xiri ta’ merkanzija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li prattika kummerċjali li tagħmel il-parteċipazzjoni ta’ konsumaturi għal kompetizzjoni promozzjonali jew logħob bi premju promozzjonali suġġetta għax-xiri ta’ prodott jew ta’ servizz hija bħala prinċipju illeċita, indipendentement minn jekk il-miżura promozzjonali konkreta taffettwax l-interessi tal-konsumaturi.

Dispożittiv

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għall-projbizzjoni tal-prinċipju, mingħajr ma jittieħed kont taċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ inkwistjoni, tal-prattiki kummerċali li jissuġġettaw il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi f’kompetizzjoni jew f’logħob promozzjonali għax-xiri ta’ prodott jew ta’ servizz.


(1)  ĠU C 247, 27.09.2008


Top