This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0297
Case C-297/08: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 4 March 2010 — Commission of the European Communities v Italian Republic (Failure of a Member State to fulfil obligations — Environment — Directive 2006/12/EC — Articles 4 and 5 — Waste management — Management plan — Integrated and adequate network of disposal installations — Danger for human health or the environment — Force majeure — Civil disturbances — Organised crime)
Kawża C-297/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 4 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2006/12/KE — Artikoli 4 u 5 — Immaniġġar tal-iskart — Pjan għall-immaniġġar — Netwerk adegwat u integrat ta’ stallazzjonijiet għar-rimi — Periklu għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent — Forza maġġuri — Disturb għall-ordni pubbliku — Kriminalità organizzata)
Kawża C-297/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 4 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2006/12/KE — Artikoli 4 u 5 — Immaniġġar tal-iskart — Pjan għall-immaniġġar — Netwerk adegwat u integrat ta’ stallazzjonijiet għar-rimi — Periklu għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent — Forza maġġuri — Disturb għall-ordni pubbliku — Kriminalità organizzata)
ĠU C 113, 1.5.2010, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-297/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2006/12/KE - Artikoli 4 u 5 - Immaniġġar tal-iskart - Pjan għall-immaniġġar - Netwerk adegwat u integrat ta’ stallazzjonijiet għar-rimi - Periklu għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent - Forza maġġuri - Disturb għall-ordni pubbliku - Kriminalità organizzata)
2010/C 113/11
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Zadra, D. Recchia u J.-B. Laignelot, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent u G. Aiello, avvocato dello Stato)
Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Ossowski, aġent u K. Bacon, barrister)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2006, dwar l-iskart (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 23) — Reġjun ta’ Campania
Dispożittiv
(1) |
Billi ma adottatx, għar-reġjun ta’ Campania, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiżgura li l-iskart jiġi rkuprat u mormi mingħajr periklu għas-saħħa tal-bniedem u mingħajr ħsara lill-ambjent, u b’mod partikolari, peress li ma stabbilixxitx netwerk adegwat u integrat ta’ stallazzjonijiet għar-rimi, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2006/12 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2006, dwar l-iskart. |
(2) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż. |
(3) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |