Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TN0418

Kawża T-418/07: Rikors ippreżentat fid- 19 ta' Novembru 2007 — LIBRO vs UASI — Causley (LiBRO)

ĠU C 8, 12.1.2008, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 8/27


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Novembru 2007 — LIBRO vs UASI — Causley (LiBRO)

(Kawża T-418/07)

(2008/C 8/48)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: LIBRO Handelsgesellschaft mbH (Guntramsdorf, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Prantl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Dagmar Causley (Pleidelsheim, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tat-3 ta' Settembru 2007 (Każ 1454/2005-4) u tbiddilha fis-sens li l-appell imressaq mir-rikorrenti quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern jintlaqa' u għaldaqstant, l-oppożizzjoni tiġi miċħuda kompletament;

tordna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern kif ukoll lill-eventwali intervenjenti fil-kawża jbatu l-ispejjeż tagħhom in solidum.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali u figurattiva “LiBRO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 2, 9, 14, 16, 18, 20, 25, 28, 35, 38, 41 u 42 (Applikazzjoni Nru 2 616 753)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Dagmar Causley

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Trade mark figurattiva “LIBERO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 (Trade mark Komunitarja Nru 401 141)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħda parzjali tar-rikors

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullament parzjali tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), minħabba li ma teżisti l-ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1994, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1, 1994).


Top