This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007TN0413
Case T-413/07: Action brought on 14 November 2007 — Bayern Innovativ v OHIM — Life Sciences Partners Perstock (LifeScience)
Kawża T-413/07: Rikors ippreżentat fl- 14 ta' Novembru 2007 — Bayern Innovativ vs L-UASI — Life Sciences Partners Perstock (LifeScience)
Kawża T-413/07: Rikors ippreżentat fl- 14 ta' Novembru 2007 — Bayern Innovativ vs L-UASI — Life Sciences Partners Perstock (LifeScience)
ĠU C 8, 12.1.2008, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 8/24 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2007 — Bayern Innovativ vs L-UASI — Life Sciences Partners Perstock (LifeScience)
(Kawża T-413/07)
(2008/C 8/44)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bayern Innovativ — Bayerische Gesellschaft für Innovation und Wissenstransfer mbH (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Beschorner, B. Glaser, C. Thomas, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Life Sciences Partners Perstock N.V. (Amsterdam, l-Olanda)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell Nru R 1545/2006-1, tat-2 ta' Awwissu 2007, dwar it-trade mark Komunitarja Nru 3 585 957 “LifeScience”; |
— |
tiċħad kompletament l-oppożizzjoni Nru B 795 270 ta' l-intervenjenti; |
— |
tordna lill-UASI sabiex jirreġistra t-trade mark Komunitarja Nru 3 585 957 “LifeScience” kif ippubblikata; |
— |
tordna lill-parti l-oħra tbati l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u tordna lill-intervenjenti tbati l-ispejjeż tal-proċeduri amministrattivi quddiem il-Bord ta' l-Appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva Komunitarja li tikkonsisti f'rappreżentazzjoni kkulurita ta' katina tad-DNA spirali, forma ovali u tabella li fiha l-elementi verbali “LifeScience” miktuba fuq in-naħa ta' isfel għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 36, 41, 42 — applikazzjoni Nru 3 585 957
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal iċċitat fil-proċeduri ta' oppożizzjoni: Life Sciences Partners Perstock N.V.
Trade mark jew sinjal iċċitati: It-trade mark figurattiva Komunitarja li tikkonsisti fir-rappreżentazzjoni ta' mara mhux liebsa mdawra b' katina tad-DNA u li fiha l-elementi verbali “Life Sciences Partners”, għas-servizzi fil-klassijiet 35 u 36 — applikazzjoni Nru 2 136 026
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppożizzjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: jiċħad l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94.