Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TN0406

    Kawża T-406/07: Rikors ippreżentat fl- 14 ta' Novembru 2007 — Caisse Fédérale du Crédit Mutuel Centre Est Europe vs L-UASI (PAYWEB CARD)

    ĠU C 8, 12.1.2008, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 8/21


    Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2007 — Caisse Fédérale du Crédit Mutuel Centre Est Europe vs L-UASI (PAYWEB CARD)

    (Kawża T-406/07)

    (2008/C 8/38)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Caisse Fédérale du Crédit Mutuel Centre Est Europe (Strasbourg, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe u J. Schouman, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tat-12 ta' Settembru 2007, innotifikata fis-17 ta' Settembru 2007, każ R 1130/2006-1, safejn tiċħad l-applikazzjoni tagħha għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja PAYWEB CARD, applikazzjoni Nru 3 861 051, għall-prodotti u s-servizzi kollha koperti mill-klassijiet 9, 36 u 38;

    tordna r-reġistrazzjoni ta' l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja PAYWEB CARD Nru 3 861 051, għall-prodotti u s-servizzi kollha mitluba.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “PAYWEB CARD” għall-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 9, 36 u 38 (applikazzjoni Nru 3 861 051)

    Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Reġistrazzjoni miċħuda.

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Appell miċħud.

    Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (1) Nru 40/94 peress li, skond ir-rikorrenti u b'mod kuntrarju għall-kunsiderazzjonijiet tad-deċiżjoni kkontestata, it-terminu “PAYWEB CARD” mhuwiex deskrittiv iżda, għall-kuntrarju, huwa distintiv fil-konfront tal-prodotti u s-servizzi mitluba.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


    Top