EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TN0148

Kawża T-148/07: Rikors ippreżentat fis- 7 ta' Mejju 2007 — ThyssenKrupp Ascenseurs Luxembourg vs Il-Kummissjoni

ĠU C 155, 7.7.2007, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/32


Rikors ippreżentat fis-7 ta' Mejju 2007 — ThyssenKrupp Ascenseurs Luxembourg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-148/07)

(2007/C 155/59)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ThyssenKrupp Ascenseurs Luxembourg Sàrl (Howald, il-Lussemburgu) (rappreżentant: K. Beckmann, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontesta, sa fejn tirrigwarda r-rikorrenti,

sussidjarjament, tnaqqas b'mod adegwat l-ammont tal-multa imposta in solidum fuq ir-rikorrenti permezz tad-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 512 finali tal-21 ta' Frar 2007, dwar il-każ COMP/E-1/38.823 — PO/Elevators and Escalators. Permezz ta' din id-deċiżjoni kkontestata, ġew imposti multi fuq ir-rikorrenti u impriżi oħra minħabba l-parteċipazzjoni f'akkordju fis-suq ta' l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta' liftijiet u ta' skalaturi fil-Lussemburgu. Skond il-Kummissjoni, l-impriżi in kwistjoni kisru l-Artikolu 81 KE.

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tagħti dawn il-motivi:

inkompetenza tal-Kummissjoni, fin-nuqqas ta' rilevanza internazzjonali tal-ksur lokalment ikkontestat;

ksur tal-prinċipju ne bis in idem, peress li l-Kummissjoni kisret id-deċiżjoni ta' amnistija ta' l-awtoritajiet Lussemburgiżi dwar il-kartelli li ngħatat favur ir-rikorrenti qabel ma tressqet il-kawża;

nuqqas ta' preżupposti tar-responsabbiltà in solidum tar-rikorrenti mal-kumpanniji parent tagħha, peress li hija kienet legalment u ekonomikament indipendenti;

nuqqas ta' proporzjonalità fid-determinazzjoni ta' l-ammont tal-multa fir-rigward tal-volum effettiv tas-suq ikkonċernat;

illegalità tar-rata deterrenti, peress li l-kalkolu tal-multa huwa bbażat biss fuq il-fatturat tar-rikorrenti, li ma jiġġustifikax l-użu ta' dan il-fattur;

nuqqas ta' ġustifikazzjoni taż-żieda minħabba reċidività fil-kuntest tal-kalkolu tal-multa minħabba żbalji fid-dritt fl-impożizzjoni ta' multi preliminari u minħabba żbalji ta' fatt;

ksur ta' l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1), peress li l-Kummissjoni, fir-rigward tal-limitu massimu tal-multa għal 10 % tal-fatturat ta' l-impriża, irreferiet għall-fatturat tal-grupp tal-kumpanniji u mhux għall-fatturat tar-rikorrenti;

żball fid-dritt fl-applikazzjoni ta' l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f'multi f'każijiet ta' kartell (2), peress li ma ħaditx in kunsiderazzjoni biżżejjed iż-żieda fil-valur tal-kooperazzjoni tar-rikorrenti;

teħid in kunsiderazzjoni mhux suffiċjenti tal-kooperazzjoni tar-rikorrenti lil hinn mill-avviż dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f'multi.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, p. 1).

(2)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f'multi f'każijiet ta' kartell (ĠU 2002, C 45, p. 3).


Top