Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0482

    Kawża T-482/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Settembru 2013 — Nynäs Petroleum u Nynas Petróleo vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Spanjol tal-bitum ta’ penetrazzjoni — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ftehim annwali ta’ tqassim tas-suq u ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet — Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju — Kalkolu tal-ammont tal-multa” )

    ĠU C 336, 16.11.2013, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 336, 16.11.2013, p. 12–13 (HR)

    16.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 336/13


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Nynäs Petroleum u Nynas Petróleo vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-482/07) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tal-bitum ta’ penetrazzjoni - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ftehim annwali ta’ tqassim tas-suq u ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet - Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju - Kalkolu tal-ammont tal-multa)

    2013/C 336/26

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Nynäs Petroleum AB (Stokkolma, l-Isvezja); u Nynas Petróleo, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: D. Beard, QC, u M. Dean, solicitor)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment X. Lewis u F. Castillo de la Torre, sussegwentement F. Castillo de la Torre u J. Bourke, u finalment F. Castillo de la Torre u C. Urraca Caviedes, aġenti)

    Suġġett

    Talba, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4441 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/38.710 — Bitum (Spanja)], jew, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    (1)

    L-ammont tal-multa imposta fuq Nynas Petróleo, SA, fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4441 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/38.710 — Bitum (Spanja)], huwa stabbilit għal EUR 10 406 000, filwaqt li l-ammont tal-multa imposta fuq Nynäs Petroleum, AB, fl-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni, huwa stabbilit għal EUR 10 164 000.

    (2)

    Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 51, 23.2.2008.


    Top