EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0463

Kawża T-463/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta’ Lulju 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni ( “FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’  — Spejjeż esklużi mill-finanzjament — Primjums għall-annimali tal-ifrat — Żejt taż-żebbuġa u xaħmijiet — Għalf imnixxef — Effikaċja tal-kontrolli — Sistema ta’ sanzjonijiet” )

ĠU C 292, 1.9.2014, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-463/07) (1)

((“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Primjums għall-annimali tal-ifrat - Żejt taż-żebbuġa u xaħmijiet - Għalf imnixxef - Effikaċja tal-kontrolli - Sistema ta’ sanzjonijiet”))

2014/C 292/27

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn G. Aiello u F. Bucalo, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Cattabriga u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/627/KE, tat-3 ta’ Ottubru 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti nefqiet magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG) (ĠU L 261, p. 28) sa fejn din id-deċiżjoni teskludi ċerti nefqiet magħmula mir-Repubblika Taljana

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 51, 23.02.2008


Top