Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0413

Kawża T-413/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 11 ta' Frar 2009 — Bayern Innovativ vs UASI — Life Sciences Partners Perstock (LifeScience) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LifeScience — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Life Sciences Partners — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

ĠU C 69, 21.3.2009, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/37


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Frar 2009 — Bayern Innovativ vs UASI — Life Sciences Partners Perstock (LifeScience)

(Kawża T-413/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LifeScience - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Life Sciences Partners - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 69/85)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bayern Innovativ — Bayerische Gesellschaft für Innovation und Wissenstransfer mbH (Nürenberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Beschorner, B. Glaser, C. Thomas, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Life Sciences Partners Perstock NV (Amsterdam, l-Olanda)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta' Awwissu 2007 (Każ R 1545/2006-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Life Sciences Partners Perstock NV u Bayern Innovativ — Bayerische Gesellschaft für Innovation und Wissenstransfer mbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bayern Innovativ — Bayerische Gesellschaft für Innovation und Wissenstransfer mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 8, 12.1.2008.


Top