EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0133

Kawża T-133/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Lulju 2011 — Mitsubishi Electric vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq ta’ proġetti li jirrigwardaw switchgear insulat bil-gass — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Tqassim tas-suq — Drittijiet tad-difiża — Prova tal-ksur — Tul tal-ksur — Multi — Ammont inizjali — Sena ta’ referenza — Trattament ugwali” )

ĠU C 252, 27.8.2011, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2011 — Mitsubishi Electric vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-133/07) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq ta’ proġetti li jirrigwardaw switchgear insulat bil-gass - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Tqassim tas-suq - Drittijiet tad-difiża - Prova tal-ksur - Tul tal-ksur - Multi - Ammont inizjali - Sena ta’ referenza - Trattament ugwali)

2011/C 252/73

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mitsubishi Electric Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: R. Denton, solicitor, u K. Haegeman, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: iniżjalment minn F. Arbault u J. Samnadda, sussegwentement minn X. Lewis, sussegwentement minn P. Van Nuffel u J. Bourke, u fl-aħħar minn P. Van Nuffel u N. Khan, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.899 — Switchgear insulat bil-gass), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti u TM T&D, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-Artikolu 2(g) ta’ din id-deċiżjoni kif ukoll tal-Artikolu 2(h) tal-imsemmija deċiżjoni, sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti, u, iktar sussidjarjament, talba għall-emenda tal-Artikolu 2 tal-istess deċiżjoni fid-dawl tal-annullament jew, fin-nuqqas ta’ dan, tat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta lir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 2(g) u (h) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.899 — Switchgear insulat bil-gass), huwa annullat sa fejn jirrigwarda Mitsubishi Electric Corp.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Mitsubishi Electric għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż sostnuti mill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati kwart mill-ispejjeż sostnuti mill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 140, 23.6.2007.


Top