This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007FO0077(01)
Order of the Civil Service Tribunal (First Chamber) of 20 January 2009. # Kay Labate v Commission of the European Communities. # Procedure - Taxation of costs. # Case F-77/07 DEP.
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta' Jannar 2009.
Kay Labate vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Taxxa ta' l-ispejjeż.
Kawża F-77/07 DEP.
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta' Jannar 2009.
Kay Labate vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Taxxa ta' l-ispejjeż.
Kawża F-77/07 DEP.
Ġabra tal-Ġurisprudenza – Servizz Pubbliku 2009 I-A-1-00001; II-A-1-00001
ECLI identifier: ECLI:EU:F:2009:2
DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
(L-Ewwel Awla)
20 ta’ Jannar 2009
Kawża F‑77/07 DEP
Kay Labate
vs
Il‑Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Proċedura – Intaxxar tal-ispejjeż ”
Suġġett: Rikorsi li bihom K. Labate, l-ewwel, talbet lill-Kummissjoni tħallasha l-onorarji u l-ispejjeż relatati mal-Kawża F-77/07 (digriet tal-1 ta’ Frar 2008, Labate vs Il‑Kummissjoni, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), għas-somma globali ta’ EUR 72 361.03 wara tnaqqis volontarju ta’ 30 % tal-ammont inizjali tagħha, u, sussegwentement, ipproponiet li tnaqqas dan l-ammont għal EUR 45 000, u fl-aħħar, għamlet talba għall-intaxxar tal-ispejjeż.
Deċiżjoni: L-ammont tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru minn K. Labate fil‑Kawża F‑77/07 huwa ffissat għal EUR 21 568.90.
Sommarju
Proċedura – Spejjeż – Intaxxar – Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni
[Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 91(b); Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 122]
Il-Qorti Komunitarja ma għandhiex ġurisdizzjoni tintaxxa l-onorarji dovuti mill-partijiet lill-avukati tagħhom, imma li tiddetermina l-ammont korrispondenti għal dawk il‑ħlasijiet li jistgħu jinġabru mill-parti kkundannata għall-ispejjeż. Meta tiddeċiedi fuq it-talba għall-intaxxar tal-ispejjeż, hija ma għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni tariffa nazzjonali li tistabbilixxi l-onorarji tal-avukati u lanqas ftehim eventwali konkluż f’dan ir-rigward bejn il-parti kkonċernata u l-aġenti jew il-konsulenti tagħha.
Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji ta’ natura tariffarja, il-Qorti Komunitarja għandha liberament tevalwa l-informazzjoni tal-kawża, billi tieħu inkunsiderazzjoni s-suġġett u n-natura tal-kontroversja, l-importanza tagħha fid-dawl tad-dritt Komunitarju kif ukoll id-diffikultajiet tal-kawża, tal-ammont ta’ xogħol li l-proċedura kontenzjuża setgħet titlob min-naħa tal-aġenti jew tal-konsulenti li intervjenew u l-interessi ekonomiċi li l-kawża rrappreżentat għall-partijiet. Għal dak li jikkonċerna l-ammont ta’ xogħol hija l-Qorti Komunitarja li għandha tieħu inkunsiderazzjoni n-numru totali ta’ sigħat ta’ xogħol li jistgħu jidhru bħala oġġettivament indispensabbli għall-finijiet tal-proċedura kontenzjuża.
(ara l-punti 24, 25 u 28)
Referenza:
Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 30 ta’ Ottubru 1998, Kaysersberg vs Il‑Kummissjoni, T‑290/04 DEP, Ġabra p. II‑4105, punt 20 ; 9 ta’ Settembru 2002, Pannella vs Il‑Parlament, T‑182/00 DEP, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 29 ; 20 ta’ Novembru 2002, Spruyt vs Il‑Kummissjoni, T‑171/00 DEP, ĠabraSP p. I‑A‑225 u II‑1127, punti 25, 26 sa 29 ; 8 ta’ Lulju 2004, De Nicola vs BEI, T‑7/98 DEP, T‑208/98 DEP u T‑109/99 DEP, ĠabraSP p. I‑A‑219 u II‑973, punt 32