This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007FN0128
Case F-128/07: Action brought on 31 October 2007 — Menidiatis v Commission
Kawża F-128/07: Rikors ippreżentat fil- 31 ta' Ottubru 2007 — Menidiatis vs Il-Kummissjoni
Kawża F-128/07: Rikors ippreżentat fil- 31 ta' Ottubru 2007 — Menidiatis vs Il-Kummissjoni
ĠU C 8, 12.1.2008, p. 32–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 8/32 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta' Ottubru 2007 — Menidiatis vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-128/07)
(2008/C 8/56)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Andreas Menidiatis (Sint-Genesius-Rode, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2006, li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent għall-post vakanti ta' Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni, u li tinnomina kandidat ieħor għal dan il-post; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka diversi motivi kontra d-deċiżjoni tar-rifjut tal-kandidatura tiegħu għall-post vakanti ta' Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Greċja: L-ewwel nett, huwa jqajjem l-illegalità u n-nuqqas ta' osservanza tal-proċedura ta' selezzjoni. Sussegwentement, huwa jinvoka l-illegalità u n-nuqqas ta' osservanza ta' l-avviż tal-post.
Motiv ieħor huwa bbażat fuq il-ksur ta' l-Artikolu 11a tar-Regolamenti tal-Persunal. Barra minn hekk, ir-rikorrent iqajjem l-illegalità tat-tnaqqis fil-grad tal-post ta' Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni f'Ateni u l-illegalità tad-deċiżjoni tas-7 ta' Lulju 2004 dwar ir-regoli preċiżi għar-reklutaġġ tal-Kapijiet tar-Rappreżentanzi.
Barra minn hekk, huma invokati wkoll id-dewmien tal-pubblikazzjoni ta' l-avviż tal-post u wkoll n-nuqqas ta' motivazzjoni ta' rifjut għall-aċċess għad-dokumenti mitluba mir-rikorrent fl-ilment tiegħu. Fl-aħħar nett, ir-rikorrent jinvoka l-ksur tar-regoli dwar is-sistema ta' rotazzjoni tal-persunal li jokkupa postijiet “sensittivi” u jqajjem numru ta' indizzji li jindikaw abbuż ta' poter.