Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FA0119

    Kawża F-119/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas- 17 ta’ Frar 2011 — Strack vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Proċedura ta’ medjazzjoni — Att li jikkawża preġudizzju — Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal — Konsolidazzjoni — Kumpens provviżorju)

    ĠU C 252, 27.8.2011, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.8.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/48


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 — Strack vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-119/07) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta’ medjazzjoni - Att li jikkawża preġudizzju - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Konsolidazzjoni - Kumpens provviżorju)

    2011/C 252/101

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Guido Strack (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

    Suġġett

    Annullament ta’ diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jirrifjutaw it-talbiet tar-rikorrent għall-implementazzjoni ta’ proċedura ta’ medjazzjoni, għal intervent rapidu, għat-teħid ta’ miżuri sabiex jiġu solvuti l-kunflitti, kif ukoll għall-ħlas ta’ depożitu skont l-Artikolu 19(4) tal-Iskema Konġunta tal-Assigurazzjoni għall-mard tal-Komunitajiet Ewropej. Talba għad-danni u interessi.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-26 ta’ Frar 2007, li tirrifjuta l-ħlas lil G. Strack ta’ kumpens provviżorju skont l-Artikolu 19(4) tal-Iskema Konġunta tal-Assigurazzjoni għall-mard tal-Komunitajiet Ewropej hija annullata.

    (2)

    Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż ta’ G. Strack.

    (4)

    G. Strack għandu jbati nofs l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 183, 19.07.2008, p. 32.


    Top