EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FA0116

Kawżi F-116/07, F-13/08 u F-31/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas- 7 ta’ Lulju 2010 — Tomas vs Il-Parlament Ewropew ( “Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Artikolu 2(ċ) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg — Tkeċċija — Rabta’ ta’ fiduċja — Konsultazzjoni minn qabel tal-Kumitat tal-persunal tal-Parlament — Assenza” )

ĠU C 274, 9.10.2010, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/31


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Lulju 2010 — Tomas vs Il-Parlament Ewropew

(Kawżi F-116/07, F-13/08 u F-31/08) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Artikolu 2(ċ) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Tkeċċija - Rabta’ ta’ fiduċja - Konsultazzjoni minn qabel tal-Kumitat tal-persunal tal-Parlament - Assenza)

2010/C 274/47

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrent: Stanislovas Tomas (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: M. Michalauskas)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u K. Zejdová, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tkeċċi lir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens tad-danni morali u materjali mġarrba.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi F-116/07 u F-13/08 huma miċħuda.

(2)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil Stanislovas Tomas is-somma ta’ EUR 1 000 bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab minnu.

(3)

Il-kumplament tar-rikors F-31/08 huwa miċħud.

(4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mar-rikorsi kollha F-116/07, F-13/08 u F-31/08.


(1)  ĠU C 64, 08.03.2008 p. 65; ĠU C 142, 07.06.2008, p. 39 u ĠU C 158, 21.06.2008, p. 26


Top