Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CN0507

    Kawża C-507/07: Rikors imressaq fl- 20 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

    ĠU C 8, 12.1.2008, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 8/10


    Rikors imressaq fl-20 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

    (Kawża C-507/07)

    (2008/C 8/18)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: H. Kraemer, aġent)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

    Talbiet tal-parti rikorrenti

    tikkonstata li fin-nuqqas ta' komunikazzjoni tal-qrati tad-disinji jew mudelli Komunitarji lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha skond l-Artikolu 80(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (1);

    tikkundanna lir-Repubblika Franċiża tbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-Republika Franċiża ma ssodisfatx l-obbligu previst fl-Artikolu 80(2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, li jgħid li kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, mhux iktar tard mis-6 ta' Marzu 2005, lista tal-qrati tad-disinji jew mudelli Komunitarji, li fihom jindikaw isimhom u kompetenza territorjali tagħhom.


    (1)  ĠU 2002, L 3, p. 1.


    Top