Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CN0483

    Kawża C-483/07 P: Appell imressaq fil- 5 ta' Novembru 2007 minn Galileo Lebensmittel GmbH & Co. KG kontra d-digriet mogħti mill-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) fit- 28 ta' Awwissu 2007 fil-kawża T-46/06, Galileo Lebensmittel GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    ĠU C 8, 12.1.2008, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 8/7


    Appell imressaq fil-5 ta' Novembru 2007 minn Galileo Lebensmittel GmbH & Co. KG kontra d-digriet mogħti mill-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) fit-28 ta' Awwissu 2007 fil-kawża T-46/06, Galileo Lebensmittel GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    (Kawża C-483/07 P)

    (2008/C 8/13)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Galileo Lebensmittel GmbH & Co. KG (rappreżentant: K. Bott, avukat)

    Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    1.

    Tannulla d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-28 ta' Awwissu 2007 u

    2.

    tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li tirriżerva l-isem tad-dominju “galileo.eu”;

    3.

    tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż ta' dan l-appell u tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza;

    4.

    sussidjarjament biss għat-talbiet 2) u 3), tordna li l-proċeduri jiġu rrinvjati quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż ta' dan l-appell.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Permezz ta' dan l-appell ir-rikorrenti ssostni li seħħ ksur tad-dritt Komunitarju (l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 58(1) ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja), jiġifieri, tar-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 230 KE. Skond ir-rikorrenti, il-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet dan il-ksur meta kkunsidrat ir-rikors tar-rikorrenti inammissibbli għar-raġuni li d-deċiżjoni tal-konvenuta li tirriżerva għaliha l-isem tad-dominju “galileo.eu”, ikkontestata mir-rikorrenti, ma “tikkonċernax individwalment” lir-rikorrenti. Fid-dawl tad-drittijiet tagħha marbuta mat-trade mark verbali Ġermaniż “Galileo”, meħuda in kunsiderazzjoni l-pożizzjoni ġuridika tagħha fir-rigward tal-proċedura għar-reġistrazzjoni skond ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 874/200, kif ukoll fid-dawl tal-fatt li l-isem tad-dominju “galileo.eu” huwa oġġett b'valur ekonomiku li jista' jiġi kkummerċjalizzat u li jista' jingħata darba waħda biss, ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirriżerva għaliha l-isem tad-dominju “galileo.eu” tikkonċernaha individwalment fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.


    Top