This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0318
Case C-318/07: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 27 January 2009 (reference for a preliminary ruling from the Bundesfinanzhof (Germany)) — Hein Persche v Finanzamt Lüdenscheid (Free movement of capital — Income tax — Deduction of gifts to bodies recognised as charitable — Deduction restricted to gifts to national bodies — Gifts in kind — Directive 77/799/EEC — Mutual assistance by the competent authorities of the Member States in the field of direct taxation)
Kawża C-318/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Manja Awla) tas- 27 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Hein Persche vs Finanzamt Lüdenscheid (Moviment liberu tal-kapital — Taxxa fuq id-dħul — Tnaqqis ta' donazzjonijiet magħmula lil entitajiet karitatevoli — Limitazzjoni tat-tnaqqis tad-donazzjonijiet magħmula lill-entitajiet nazzjonali — Donazzjonijiet in natura — Direttiva 77/799/KEE — Għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta)
Kawża C-318/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Manja Awla) tas- 27 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Hein Persche vs Finanzamt Lüdenscheid (Moviment liberu tal-kapital — Taxxa fuq id-dħul — Tnaqqis ta' donazzjonijiet magħmula lil entitajiet karitatevoli — Limitazzjoni tat-tnaqqis tad-donazzjonijiet magħmula lill-entitajiet nazzjonali — Donazzjonijiet in natura — Direttiva 77/799/KEE — Għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta)
ĠU C 69, 21.3.2009, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
21.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Manja Awla) tas-27 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Hein Persche vs Finanzamt Lüdenscheid
(Kawża C-318/07) (1)
(Moviment liberu tal-kapital - Taxxa fuq id-dħul - Tnaqqis ta' donazzjonijiet magħmula lil entitajiet karitatevoli - Limitazzjoni tat-tnaqqis tad-donazzjonijiet magħmula lill-entitajiet nazzjonali - Donazzjonijiet in natura - Direttiva 77/799/KEE - Għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta)
(2009/C 69/11)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hein Persche
Konvenut: Finanzamt Lüdenscheid
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 5(3) KE, ta' l-Artikolu 56 KE u tad-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE, tad-19 ta' Diċembru 1977, dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta (ĠU L 336, p. 15) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta' vantaġġ fiskali previst għar-rigali lill-organizzazzjonijiet b'finalitajiet ta' interess ġenerali bil-kundizzjoni li min jirċievi r-rigal ikun stabbilit fit-territorju nazzjonali — Applikabbiltà tar-regoli tat-Trattat KE fuq il-moviment liberu tal-kapitali għar-rigali in speċi, li huma prodotti għall-użu ta' kuljum, magħmula minn ċittadin ta' Stat Membru lil organizzazzjonijiet b'finalitajiet ta' interess ġenerali, li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Stat Membru ieħor.
Dispożittiv
|
1) |
Meta persuna taxxabbli titlob fi Stat Membru t-tnaqqis fiskali ta' donazzjonijiet magħmula lil entitajiet stabbiliti u rrikonoxxuti bħala karitatevoli fi Stat Membru ieħor, donazzjonijiet tali jaqgħu taħt dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital, anki jekk huma effettwati in natura fil-forma ta' prodotti għall-użu ta' kuljum. |
|
2) |
L-Artikolu 56 KE jipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li skontha, fir-rigward tad-donazzjonijiet magħmula lil entitajiet irrikonoxxuti bħala karitatevoli, il-benefiċċju tat-tnaqqis fiskali huwa mogħti biss għad-donazzjonijiet mogħtija lil entitajiet stabbiliti fuq it-territorju nazzjonali, mingħajr ebda possibbiltà għall-persuna taxxabbli li turi li donazzjoni mogħtija lil entità stabbilita fi Stat Membru ieħor tissodisfa l-kundizzjonijiet imposti mill-imsemmija leġiżlazzjoni għall-għoti ta' benefiċċju tali. |