This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0001
Case C-1/07: Judgment of the Court (Third Chamber) of 20 November 2008 (Reference for a preliminary ruling from the Landgericht Siegen — Germany) — Criminal proceedings against Frank Weber (Directive 91/439/EEC — Mutual recognition of driving licences — Temporary suspension of a driving licence — Withdrawal of right to drive — Validity of a second driving licence obtained in another Member State during the period of temporary suspension)
Kawża C-1/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-tielet Awla) tal- 20 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Siegen — Il-Ġermanja) — Proċeduri kriminali kontra Frank Weber (Direttiva 91/439/KEE — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan — Sospensjoni temporanja tal-liċenzja tas-sewqan — Irtirar tal-awtorizzazzjoni tas-sewqan — Validità ta' tieni liċenzja tas-sewqan miksuba fi Stat Membru ieħor matul il-perijodu ta' sospensjoni temporanja)
Kawża C-1/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-tielet Awla) tal- 20 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Siegen — Il-Ġermanja) — Proċeduri kriminali kontra Frank Weber (Direttiva 91/439/KEE — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan — Sospensjoni temporanja tal-liċenzja tas-sewqan — Irtirar tal-awtorizzazzjoni tas-sewqan — Validità ta' tieni liċenzja tas-sewqan miksuba fi Stat Membru ieħor matul il-perijodu ta' sospensjoni temporanja)
ĠU C 6, 10.1.2009, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-tielet Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Siegen — Il-Ġermanja) — Proċeduri kriminali kontra Frank Weber
(Kawża C-1/07) (1)
(Direttiva 91/439/KEE - Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan - Sospensjoni temporanja tal-liċenzja tas-sewqan - Irtirar tal-awtorizzazzjoni tas-sewqan - Validità ta' tieni liċenzja tas-sewqan miksuba fi Stat Membru ieħor matul il-perijodu ta' sospensjoni temporanja)
(2009/C 6/03)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Siegen
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Frank Weber
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Siegen — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(2) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE, tad-29 ta' Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU L 237, p. 1) — Nuqqas ta' rikonoxximent mill-Istat Membru ta' residenza, fit-territorju tiegħu, ta' liċenzja ta' sewqan miksuba fi Stat Membru ieħor matul perijodu ta' projbizzjoni mis-sewqan qabel l-irtirar amministrattiv tad-dritt ta' sewqan mill-Istat Membru ta' residenza.
Dispożittiv
L-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 8(2) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar il-liċenzji tas-sewqan, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprojbixxux li Stat Membru jirrifjuta li jirrikonoxxi, fit-territorju tiegħu, id-dritt tas-sewqan li jirriżulta minn liċenzja tas-sewqan maħruġa fi Stat Membru ieħor favur persuna li hija suġġetta, fit-territorju tal-ewwel Stat Membru, għal miżura ta' rtirar tal-awtorizzazzjoni tas-sewqan, anki jekk dan l-irtirar ġie ordnat wara l-ħruġ tal-imsemmija liċenzja, peress li din tal-aħħar inkisbet matul il-perijodu ta' validità ta' miżura ta' sospensjoni tal-liċenzja maħruġa fl-ewwel Stat Membru u peress li kemm din kif ukoll l-imsemmija miżura ta' rtirar huma ġustifikati minn motivi eżistenti fid-data tal-ħruġ tat-tieni liċenzja tas-sewqan.